Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – MIP Metro vs UASI – Holsten Brauerei (H)

(Kawża T-193/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva H – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti H – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Holsten-Brauerei AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentati: N. Hebeis u R. Douglas, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 2340/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Holsten-Brauerei AG u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.