Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 – Clearwire vs UASI (CLEARWIFI)
(Kawża T‑399/08)
“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea – Trade mark verbali CLEARWIFI – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 27, 50, 51)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 706/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea tas-sinjal CLEARWIFI. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Clearwire Corporation |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali CLEARWIFI għas-servizzi fil-klassi 38 (Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W00934594) |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Clearwire Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż. |