Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2011 – DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-533/10 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Modifikazzjoni tas-sistema ta’ finanzjament tal-korp pubbliku ta’ xandir bir-radju u bit-televiżjoni Spanjol RTVE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara s-sistema l-ġdida ta’ finanzjament kompatibbli mas-suq intern – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Assenza ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-23)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement – Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 26, 27, 29, 30)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 35)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà –Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 40)
5. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni –Kundizzjonijiet għall-għoti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 55)
Suġġett
| Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja tippjana li timplementa favur ir-RTVE (ĠU 2011, L 1, p. 9). |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |