Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tas‑7 ta’ Novembru 2023 –
Bimbo vs EUIPO
(Kawża C‑473/23 P)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni tal-appelli – Artikolu 170b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix is-sinjifikat ta’ kwisjoni għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”
1. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a(1) u Artikolu 170b)
(ara l-punt 11)
2. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a(1) u Artikolu 170b)
(ara l-punti 12 sa 14)
3. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a(1) u Artikolu 17b)
(ara l-punt 15)
4. Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170a(1) u Artikolu 17b)
(ara l-punti 17, 19, 20)
Dispożittiv
1) | | L-appell ma huwiex ammess. |
2) | | Bimbo, SA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |