Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-28 ta’ Lulju 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-660/13) 1

(Rikors għal annullament – Relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea – Aċċess tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera għas-suq intern – Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera għall-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ Unjoni mkabbra – Memorandum ta’ Qbil fuq kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera intiż għall-Istati Membri wara t-tkabbir tal-2004 – Tkabbir tal-Unjoni għar-Repubblika tal-Kroazja – Addendum għall-Memorandum ta’ Qbil dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera favur ir-Repubblika tal-Kroazja – Iffirmar tal-addendum mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Kompetenza – Artikolu 13(2), Artikolu 16(1) u (6), kif ukoll Artikolu 17(1) TUE – Prinċipji ta’ tqassim tal-kompetenzi, ta’ ekwilibriju istituzzjonali u ta’ kooperazzjoni leali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado, P. Mahnič u E. Finnegan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, E. Ruffer u M. Hedvábná, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u B. Beutler, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala u M. Tassopoulou, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, F. Fize u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u J. Nasutavičienė, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Szima, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. Gijzen u M. Noort, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling, C. Brodie, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u T. Scharf, aġenti)

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 6355 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2013, dwar l-iffirmar ta’ addendum għall-Memorandum ta’ Qbil dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera, hija annullata.

L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 6355 finali għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġjonevoli, ta’ deċiżjoni ġdida intiża li tissostitwiha.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 45, 15.2.2014.