Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ottubru 2012 - Tridium vs UASI - q-bus Mediatektur (SEDONA FRAMEWORK)
(Kawża T-467/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tridium, Inc. (Richmond, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Nentwig, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: q-bus Mediatektur GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta' Awwissu 2012, fil-Każ R 1943/2011-2; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SEDONA FRAMEWORK", għal prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9067372
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali ta' trade mark Nru 934023 tat-trade mark figurattiva "~sedna", għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________