Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Settembru 2012 - Celtipharm vs UASI - Alliance Healthcare France (PHARMASTREET)

(Kawża T-411/12)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Celtipharm (Vannes, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u C. Fendeleur, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alliance Healthcare France SA (Gennevilliers, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni corrigendum (tad-deċiżjoni tat-2 ta' Mejju 2012) mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 767/2011-2

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Alliance Healthcare France SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "PHARMASTREET" għal prodotti u servizzi fi klassijiet 3, 5 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 658 445

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali nazzjonali "PHARMASTREET" għal prodotti u servizzi fi klassijiet 9, 35, 38, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u d-deċizjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________