Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2012 - DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-169/08) 

("Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Griegi għall-provvista ta' linjite u ta' bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE - Għoti jew żamma ta' drittijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-estrazzjoni ta' linjite")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Grecja) (rappreżentant: P. Anestis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, A. Bouquet u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Oikonomou, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Ir-Republika Griega (rappreżentanti: K. Boskovits u P. Mylonopoulos, aġenti, assistiti inizjalment minn A. Komninos u M. Marinos, sussegwentement minn M. Marinos, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Energeiaki Thessalonikis AE (Echedoros, il-Grecja); u Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & DSA) (Kifissia, il-Grecja) (rappreżentanti: P. Skouris u E. Trova, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 824 finali, tal-5 ta' Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta' drittijiet lil DEI għall-estrazzjoni ta' linjite.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 824 finali, tal-5 ta' Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta' drittijiet lil Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) għall-estrazzjoni ta' linjite hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' DEI.

Ir-Repubblika Ellenika, Elliniki Energeia kai Anaptyxi AE (HE & DSA) u Energeiaki Thessalonikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.2008.