Language of document : ECLI:EU:C:2023:1034


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2023 –
Alfasoft

(Kawża C474/23)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Talba li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94(c))

(ara l-punti 15, 17 sa 19 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (il-Qorti tal-Appell ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Lulju 2023, hija manifestament inammissibbli.