Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta' Ottubru 2007 - Krcova vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Servizz pubbliku - Uffiċjal taħt perijodu ta' prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti - Tkeċċija ta' uffiċjal taħt perijodu ta' prova - Setgħa ta' evalwazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Dmir ta' premura - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Erika Krcova (Trnava, Is-Slovakkja) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati]
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentant: M. Schauss]
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta' Ottubru 2005 dwar it-tkeċċija tar-rikorrenti fi tmiem il-perijodu tagħha ta' prova.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________1 - ĠU C 281, tat-18.11.2006, p.49.