Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2024 – CB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-37/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CB (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tat-12 ta’ Mejju 2023 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21-3 ;
tiddikjara u tordna li l-konvenut naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu f’termini ta’ trasparenza u konformità mar-regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-data;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tat-test tal-każ prattiku minħabba l-okkorrenza ta’ problemi tekniċi li affettwaw l-eżami tar-rikorrenti.
It-tieni motiv ibbażat fuq, in-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-metodi ta’ evalwazzjoni, l-evalwazzjoni illegali tar-rikorrenti permezz ta’ intelliġenza artifiċjali, inċertezza legali u motivazzjoni insuffiċjenti.
It-tielet motiv ibbażat fuq, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u ksur tal-prinċipju ta’ stabbiltà tal-Bord tal-Għażla.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq, in-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea li tipproteġi d-data personali.
____________