Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fis-6 ta’ Marzu 2024 – Santander Consumer Bank S.A. vs EN

(Kawża C-180/24, Santander Consumer Bank)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Santander Consumer Bank S.A.

Konvenut: EN

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prattika li tikkonsisti fl-inklużjoni fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi klawżoli li l-kontenut tagħhom ma jirriżultax minn ftehim individwali bejn il-partijiet, u li jipprevedu rata ta’ interessi kkalkolata fuq l-ammont totali tal-kreditu mogħti lill-konsumatur, inkluż mhux biss l-ammont effettivament mogħti lill-konsumatur iżda wkoll l-ammonti intiżi li jkopru l-ispejjeż tal-kreditu mogħti (inkluż, fost oħrajn, bħal fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, il-kummissjoni tal-kreditur jew il-primjums tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tal-assigurazzjoni għal assistenza)?

____________

1     ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 1010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.