Language of document : ECLI:EU:T:2015:194





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX MOUCHES)

(Kawża T‑72/14)

“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 34, 37, 38, 48)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 64-68)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami ristrett u komplet f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 80)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Novembru 2013 (Każ R 284/2013‑2), rigward ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali BATEAUX MOUCHES.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.