Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – National Lottery Commission vs UASI – Mediatek Italia u De Gregorio (Repreżentazzjoni ta’ id)
(Kawża T-404/10) 1
(“Trade mark Komunitarja – Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id – Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżistenza ta’ dritt tal-awtur preċedenti protett mid-dritt nazzjonali – Oneru tal-prova – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-UASI”]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gambling Commission, li kienet National Lottery Commission (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Cardas, avukat, u B. Brandreth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mediatek Italia Srl (Napoli, l-Italja); u Giuseppe De Gregorio (Napoli)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1028/2009-1), tad-9 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mediatek Italia Srl u Giuseppe De Gregorio u, min-naħa l-oħra, in-National Lottery Commission.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1028/2009-1 hija annullata.
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 ĠU C 328, 4.12.2010.