Language of document : ECLI:EU:T:2008:91

Kawża T-236/06

Landtag Schleswig-Holstein

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Parlament reġjonali — Nuqqas ta’ locus standi — Inammissibbiltà”

Sommarju tad-digriet

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors ta’ awtorità reġjonali

(Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE)

Fil-każ ta’ rikorsi ppreżentati minn entitajiet territorjali infrastatali, il-Qorti tal-Prim’Istanza tevalwa l-eżistenza tal-personalità ġuridika tar-rikorrent skond id-dritt pubbliku nazzjonali. Fil-fatt, id-dritt Komunitarju ma jistax jinterferixxi fl-awtonomija kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-eżistenza tal-personalità ġuridika ta’ l-entitajiet nazzjonali tad-dritt pubbliku, u dan jista’ jwassal sabiex dawn ta’ l-aħħar jingħataw, fuq livell Komunitarju, drittijiet li ma għandhomx fuq livell nazzjonali.

Minn dan isegwi li parlament reġjonali, li ma għandux il-kapaċità ġuridika skond id-dritt nazzjonali, ma għandux locus standi quddiem il-qorti Komunitarja. Għalhekk ir-rikors tiegħu huwa inammissibbli.

(ara l-punti 22, 30-31)