Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2013 - Di Tullio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-39/12 P)
("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Leave għal servizz nazzjonali - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Effetti ratione temporis ta' sentenza")
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Roberto Di Tullio (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Woog u T. Bontinck, sussegwentement T. Bontinck, avukati)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Novembru 2011, Di Tullio vs Il-Kummissjoni (F-119/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Roberto Di Tullio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.
____________1 - ĠU C 109 14.04.2012