Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Frar 2024 – S.A., R.J. vs The Minister for Children, Equality, Disability, Integration and Youth, Ireland, The Attorney General

(Kawża C-97/24, The Minister for Children, Equality, Disability, Integration and Youth)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S.A. u R.J.

Konvenuti: The Minister for Children, Equality, Disability, Integration and Youth, Ireland u The Attorney General

Domandi preliminari

Meta “forza maġġuri” ma tkunx prevista bħala difiża fid-Direttiva jew fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni inkwistjoni, din id-difiża tkun tista’ madankollu tiġi invokata bħala difiża għal talba għad-danni skont is-sentenza tad-19 ta’ Novembru 1991, Francovich et 1 għal ksur ta’ obbligu tad-dritt tal-Unjoni li jagħti drittijiet lill-individwi li jirriżultaw mid-dritt fundamentali għad-dinjità tal-bniedem li jinsab fl-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (kemm jekk tiġi invokata bħala difiża skont it-tieni parti tat-test tas-sentenza tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame 2 jew jekk tiġi invokata b’mod ieħor)?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, liema huma l-parametri u l-portata xierqa ta’ din id-difiża ta’ forza maġġuri?

____________

1     C-6/90 u C-9/90, EU:C:1991:428.

1     C-46/93 u C-48/93, EU:C:1996:79.