Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – Alpirsbacher Klosterbräu Glauner vs EUIPO (Klosterstoff)

(Kawża T-844/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG (Alpirsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u S. Hofmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Klosterstoff” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 945 944

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2064/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________