Language of document : ECLI:EU:T:2018:42





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2018 – QF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/16)

“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti ċerti klabbs tal-futbol - Rata preferenzjali applikata fil-kuntest taxxa fuq il-kumpanniji - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta”

1.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Tħassir tal-att fil-mori tal-kawża – Rikors li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 18)

2.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Kunċett – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Interess li għandu jibqa’ jeżisti sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 25)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4046 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

Dispożittiv

1)

It-talba għal dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja u tal-Fútbol Club Barcelona.

4)

QF huwa kkundannat għall-ispejjeż.

5)

QF, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u l-Fútbol Club Barcelona għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.