Appell ippreżentat fl-20 ta' Settembru 2010 minn Stefano Sotgia mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/06, Sotgia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-443/10 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Stefano Sotgia (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Europea
Talbiet tal-appellant
Is-sentenza mogħtija fil-Kawża F-130/06, Sotgia vs Il Kummissjoni tiġi annullata.
Id-deċiżjoni tal-11 ta' April 2006 tiġi annullata fil-parti fejn tikklassifika lill-appellant bħala uffiċjal bi prova fil-grad A* 6, skala 2, mis-16 ta' April 2006.
Sussidjarjament, il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għas-sentenza.
L-appellata tiġi kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedura fl-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-aggravji u l-argumenti prinċipali invokati mill-appellant huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-441/10 P, Kurrer vs Il-Kummissjoni.
____________