Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/13 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija lil kumpanniji responsabbli li jipprovdu servizz pubbliku li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti konnessjonijiet marittimi bejn Corse u Marseille – Kumpens għal servizz kumplementari għas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku – Deċiżjoni li tiklassifika dawn il-kumpensi bħala għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom mingħand il-benefiċjarji – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, N. Rouam, G. de Bergues u D. Colas, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1926 finali, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implementata minn Franza favur is-Société nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie méridionale de navigation

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)    L-ispejjeż huma rriżervati.