Language of document : ECLI:EU:T:2015:81





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 —
Boehringer Ingelheim International vs OHMI — Lehning entreprise

(ANGIPAX)

(Kawża T‑368/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANGIPAX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ANTISTAX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Legalità tad-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li taqta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Kontestazzjoni permezz tal-invokazzjoni ta’ fatti ġodda — Inammissibbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ġurisprudenza tal-Unjoni jew ta’ ġurisprudenza nazzjonali jew internazzjonali li ma ġietx invokata quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 20)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24-28, 82)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali ANGIPAX u ANTISTAX (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 47, 60-63, 94, 95)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38-46)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Kawża li tirrigwarda raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni — Kontestazzjoni dwar il-paragun bejn prodotti jew servizzi li ma saritx quddiem il-Bord tal-Appell — Bidla tal-kuntest fattwali jew ġuridiku tat-tilwima mressqa quddiem il-Bord tal-Appell — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 52, 53, 55)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 58)

8.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Portata — Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa — Assenza — Kontestazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 89, 90)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 571/2012‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim International GmbH u Lehning entreprise SARL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Lehning entreprise SARL għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).