Language of document : ECLI:EU:C:2021:217

KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI

TANCHEV

ippreżentati fit‑18 ta’ Marzu 2021 (1)

Kawża C282/19

YT,

ZU,

AW,

BY,

CX,

DZ,

EA,

FB,

GC,

IE,

JF,

KG,

LH,

MI,

NY,

PL,

HD,

OK

vs

Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR,

Ufficio Scolastico Regionale per la Campania,

intervenjent filkawża:

Federazione GILDAUNAMS

(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (il-Qorti Distrettwali ta’ Napoli, l-Italja))

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70/KE – Kuntratti konklużi ma’ għalliema ta’ fidi Kattolika fis-settur pubbliku – Assenza ta’ miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat – Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE – Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat – Rimedji – Artikolu 17(1) TFUE dwar l-istatus ta’ gruppi reliġjużi – Artikoli 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ostakoli kostituzzjonali għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni”






1.        Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (il-Qorti Distrettwali, Napoli, l-Italja, iktar ’il quddiem il-“qorti tar-rinviju”), hija oħra f’sensiela ta’ kawżi li jikkonċernaw l-użu ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku fl-Italja, u r-regoli nazzjonali li jipprekludu l-konverżjoni tagħhom f’kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat (2). Hija taqa’ f’subkategorija ta’ dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, jiġifieri dik li tikkonċerna l-impjieg ta’ għalliema fi skejjel pubbliċi (3), filwaqt li tindaga wkoll dwar l-influwenza fuq l-eżitu tal-proċeduri tal-Artikolu 17(1) TFUE, li abbażi tiegħu l-Unjoni Ewropea tirrispetta u ma tippreġudikax l-istatus taħt id-dritt nazzjonali ta’ knejjes u ta’ assoċjazzjonijiet reliġjużi. Din it-talba toriġina peress li l-lanjanti fil-kawża prinċipali huma għalliema ta’ fidi Kattolika fi skejjel pubbliċi Taljani.

2.        Jiena wasalt għall-konklużjoni li l-fatti tal-kawża prinċipali ma jiskattawx il-protezzjoni mogħtija lill-organizzazzjonijiet reliġjużi fir-rigward tal-istatus tagħhom taħt id-dritt nazzjonali, kif iggarantit mill-Artikolu 17(1) TFUE. Dan premess, il-kawża prinċipali għandha tiġi riżolta permezz ta’ referenza għall-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (4) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim Qafas”), kif interpretata fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin, protetta permezz tal‑Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), u d-dritt għal rimedju effettiv skont l-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 47 tal-Karta (5).

3.        Il-qorti tar-rinviju għandha żewġ preokkupazzjonijiet ewlenin. L-ewwel nett, jekk iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jippreżentawx “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw l-użu ta’ kuntratti għal żmien determinat, kif stipulat fil-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas. It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk projbizzjoni taħt id-dritt ta’ Stat Membru, u li ġiet affermata mill-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) (6), dwar il-konverżjoni tal-kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, hijiex konsistenti mal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, jew jekk hijiex b’mod ieħor inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż mal-Artikolu 21 tal-Karta.

4.        Jiena kkonkludejt li ma tqum ebda kwistjoni, abbażi tal-fatti tal-kawża prinċipali, li taffettwa l-“istatus” tal-knisja Kattolika taħt l-Artikolu 17(1) TFUE, u li ma jeżistu ebda “raġunijiet oġġettivi”, skont il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas, li jiġġustifikaw l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat.

5.        Madankollu, peress li l-klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas ma għandhiex il-prekundizzjonijiet sabiex ikollha effett dirett (7), u peress li jidher li taħt id-dritt tal-Istat Membru hemm esklużjoni inekwivokabbli ta’ konverżjoni tal-kuntratti għal żmien determinat tar-rikorrenti f’kuntratti għal żmien indeterminat (8), l-obbligu impost mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-qorti tal-Istat Membru sabiex tinterpreta regoli nazzjonali rilevanti b’mod li jiżgura l-effettività tal-klawżola 5 (9) ma jestendix għall-ħtieġa ta’ interpretazzjoni contra legem tad-dritt tal-Istat Membru b’mod li jipperikola ċ-ċertezza legali jew il-prinċipju tan-nuqqas ta’ retroattività (10).

6.        Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tkun biss obbligata li tikkonverti l-kuntratti għal żmien determinat tar-rikorrenti f’kuntratti għal żmien indeterminat fil-każ ta’ ksur tad-dritt tagħhom biex ma jiġux iddiskriminati abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin, kif protett permezz tal-Artikolu 21 tal-Karta, u d-dritt tagħhom għal rimedju effettiv biex jissewwa ksur, skont l-Artikolu 47 tal-Karta, konformement mal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kawża Egenberger (11). Jekk dan jiġi stabbilit, it-tneħħija tal-projbizzjoni fuq il-konverżjoni tal-kuntratti għal żmien determinat inkwistjoni tkun meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni, fl-assenza ta’ rimedju jew rimedji legali fi ħdan l-istruttura tal-ordinament ġuridiku nazzjonali kkonċernat (12), li jippermetti, anki indirettament, li tiġi żgurata l-osservanza tad-drittijiet tar-rikorrenti taħt l-Artikoli 21 u 47 tal-Karta (13).

I.      Il-kuntest ġuridiku

A.      Iddritt talUnjoni

7.        L-Artikolu 17(1) TFUE jipprovdi:

“L-Unjoni tirrispetta u ma tippreġudikax l-istatus li jgawdu minnu, taħt il-liġi nazzjonali, il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet jew il-komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri.”

8.        Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas hija intitolata “Miżuri għal prevenzjoni ta’ l-abbuż”. L-ewwel paragrafu tagħha jistipula:

“Sabiex jiġi ipprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss, wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika, u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:

(a)      raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet;

(b)      iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss;

(ċ)      in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet.”

B.      Iddritt talIstat Membru

9.        L-Artikolu 3 tal-Legge del 18 luglio 2003, n. 186 – Norme sullo stato giuridico degli insegnanti di religione cattolica degli istituti e delle scuole di ogni ordine e grado (il-Liġi Nru 186 tat‑18 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istatus legali tal-għalliema tar-reliġjon Kattolika fi stabbilimenti u skejjel ta’ kull tip u livell) (iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 186/13” GURI Nru 170 tal‑24 ta’ Lulju 2003, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 186/2003”) jipprovdi fit-tielet paragrafu tiegħu li kandidati għall-kompetizzjonijiet miftuħa għall-ħatra għal pożizzjonijiet permanenti ta’ għalliema tar-reliġjon Kattolika għandu jkollhom ċertifikat li juri l-kapaċità tagħhom maħruġ mill-ordinarju djoċesan li jkollu ġurisdizzjoni fiż-żona kkonċernata. Skont l-Artikolu 3(8), kandidati li jkunu għaddew għandhom jiġu rreklutati permezz ta’ kuntratti għal żmien indeterminat mid-direttur reġjonali b’konsultazzjoni mal-ordinarju djoċesan territorjalment kompetenti. Skont l-Artikolu 3(9), revoka taċ-ċertifikat mill-ordinarju djoċesan kompetenti tikkostitwixxi bażi għat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg.

10.      L-Artikolu 5(4-bis) tad-Decreto legislativo del 6 settembre 2001, n. 368 – Attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368 tas‑6 ta’ Settembru 2001 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (GURI Nru 235 tad-9 ta’ Ottubru 2001, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001”) jipprovdi:

“[…] fejn, b’riżultat ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat għal kompiti ekwivalenti, relazzjoni ta’ impjieg bejn l-istess impjegat u l-istess ħaddiem tkompli għal perijodu globali ta’ iżjed minn 36 xahar, inkluż kwalunkwe estensjonijiet u tiġdid, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni kwalunkwe waqfien bejn kuntratt u ieħor, ir-relazzjoni ta’ impjieg għandha titqies bħala waħda għal żmien indeterminat […]” (14).

11.      L-Artikolu 10(4-bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 eskluda l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4-bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 għal kuntratti għal żmien determinat konklużi sabiex jimtlew pożizzjonijiet temporanji vakanti ta’ tagħlim, amministrazzjoni, teknika u pożizzjonijiet awżiljarji sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista ta’ servizzi ta’ tagħlim u servizzi ta’ edukazzjoni (15).

12.      L-Artikolu 36 tad-Decreto legislativo del 30 marzo 2001, n. 165 – Norme generali sull’ordinamento del lavoro alle dipendenze delle amministrazioni pubbliche (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 165 tat‑30 ta’ Marzu 2001 li jistipula regoli ġenerali li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ impjieg f’amministrazzjonijiet pubbliċi) (Suppliment Ordinarju għall-GURI Nru 106 tad-9 ta’ Mejju 2001, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 165/2001”) jipprovdi fl-ewwel paragrafu tiegħu li amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom, b’mod ġenerali, jimpjegaw biss permezz ta’ kuntratti għal żmien indeterminat. Madankollu, skont l-Artikolu 36(2), jista’ jsir użu minn arranġamenti kuntrattwali flessibbli stipulati mil-liġi sabiex jintlaħqu rekwiżiti temporanji jew eċċezzjonali. L-Artikolu 36(5) jipprovdi li “f’kull każ, ksur ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti dwar ir-reklutaġġ jew impjieg ta’ ħaddiema minn amministrazzjonijiet pubbliċi ma jistax iwassal għal ħolqien ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat ma’ dawn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà jew sanzjoni li dawn l-amministrazzjonijiet jistgħu jinkorru. Il-ħaddiem ikkonċernat għandu jkun intitolat għal kumpens għad-danni sofferti b’riżultat ta’ ħidma bi ksur ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti […]”

13.      L-Artikolu 309 tad-Decreto legislativo del 16 aprile 1994, n. 297 – Approvazione del testo unico delle disposizioni legislative vigenti in materia di istruzione, relative alle scuole di ogni ordine e grado (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 297 tas‑16 ta’ April 1994 li japprova t-test ikkonsolidat tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli dwar edukazzjoni relatata ma’ skejjel ta’ kull tip u livell) (GURI Nru 115 tad‑19 ta’ Mejju 1994, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994”), dwar “Edukazzjoni reliġjuża Kattolika” jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li fi skejjel pubbliċi mhux universitarji ta’ kull tip u livell, l-edukazzjoni reliġjuża Kattolika hija rregolata mill-ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u s-Santa Sede, u l-protokoll addizzjonali tiegħu, irratifikat permezz tal-Liġi Nru 121 tal‑25 ta’ Marzu 1985, u permezz tal-ftehimiet previsti minn dak il-protokoll fil-punt 5b tiegħu. Skont l-Artikolu 309(2), “għat-tagħlim tar-reliġjon Kattolika, il-kap tal-istabbiliment edukattiv ikkonċernat għandu jappunta għalliema fuq bażi fissa u annwali b’konsultazzjoni mal-ordinarju djoċesan”. Skont l-Artikolu 309(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994, għalliema tar-reliġjon Kattolika li jiffurmaw parti mill-persunal ta’ għalliema ta’ skejjel għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal għalliema oħrajn. Madankollu, huma jipparteċipaw biss f’evalwazzjonijiet perjodiċi u evalwazzjonijiet finali għal studenti li jkunu segwew kors dwar ir-reliġjon Kattolika. Skont l-Artikolu 309(4) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994, għat-tagħlim tar-reliġjon Kattolika, minflok jagħtu marki u jorganizzaw eżamijiet, l-għalliema għandhom jippreparaw u jgħaddu lill-familji marka speċjali, li għandha takkumpanja l-bullettin jew il-ktieb tal-iskola, dwar l-interess tal-istudenti fil-kors u dak li jkunu kisbu minnu.

14.      L-Artikolu 1(95) tal-Legge No. 107 – Riforma del Sistema nazionale di istruzione e formazione e delega per il riordino delle disposizioni legislative vigenti del 13 luglio 2015 (il-Liġi Nru 107 dwar riforma tas-sistema ta’ taħriġ nazzjonali u d-delega ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li għadhom fis-seħħ) tat‑13 ta’ Lulju 2015 (GURI Nru 162 tal‑15 ta’ Lulju 2015, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 107/2015”) tipprovdi li, għas-sena skolastika 2015/2016, il-Ministero dell’Istruzione dell’università e della ricerca (il-Ministeru tal-Edukazzjoni, tal-Universitajiet u tar-Riċerka, l-Italja) huwa awtorizzat li jistabbilixxi pjan straordinarju għar-reklutaġġ ta’ għalliema għal żmien indeterminat għal stabbilimenti ta’ skejjel pubbliċi ta’ kull tip u livell.

15.      Skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 40 taċ-CCNL (Contratto collettivo nazionale di lavoro) Scuola (Ftehim Kollettiv Nazzjonali ta’ Impjieg għall-Iskejjel, iktar ’il quddiem iċ-“CCNL”) tas‑27 ta’ Novembru 2007 (iktar ’il quddiem iċ-“CCNL tas-27 ta’ Novembru 2007”), “għalliema tar-reliġjon Kattolika għandhom jiġu rreklutati abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 309 tad-[Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994] permezz ta’ kuntratti ta’ impjieg annwali li jitqiesu li huma kkonfermati fejn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli jibqgħu jiġu ssodisfatti.”

16.      L-Artikolu 1 tal-Ftehim tat‑18 ta’ Frar 1984 bejn l-Istat Taljan u s-Santa Sede (iktar ’il quddiem il-“Ftehim tat‑18 ta’ Frar 1984”) jipprovdi:

“Ir-Repubblika Taljana u s-Santa Sede jsostnu mill-ġdid li l-Istat u l-Knisja Kattolika huma, kull wieħed fl-ordni tiegħu, indipendenti u sovrani, u josservaw bis-sħiħ dawn il-prinċipji fir-relazzjonijiet tagħhom u f’kollaborazzjoni reċiproka għall-elevazzjoni tal-bniedem u l-ġid tal-pajjiż.”

17.      L-Artikolu 9(2) tal-Ftehim tat‑18 ta’ Frar 1984 jipprovdi:

“Ir-Repubblika Taljana, b’rikonoxximent tal-valur tal-kultura reliġjuża u b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-prinċipji tal-Kattoliċiżmu jiffurmaw parti mill-patrimonju storiku tal-poplu Taljan, ser tkompli tiżgura, fil-qafas tal-għanijiet tal-iskejjel, it-tagħlim tar-reliġjon Kattolika fi skejjel pubbliċi li ma humiex universitajiet fil-kategoriji kollha u fil-gradi kollha.

B’rispett għal-libertà tal-kuxjenza u għar-responsabbiltajiet edukattivi tal-ġenituri, id-dritt ta’ kull persuna li tagħżel jekk issegwix dan it-tagħlim jew le huwa ggarantit.

Fil-mument ta’ iskrizzjoni, l-istudenti jew il-ġenituri tagħhom jeżerċitaw dan id-dritt fil-konfront tal-awtoritajiet tal-iskola, u din l-għażla ma tistax twassal għal xi forma ta’ diskriminazzjoni.”

18.      L-Artikolu 2(5) tal-Intesa tra l’autorità scolastica italiana e la Conferenza Episcopale Italiana per l’insegnamento della religione cattolica nelle scuole pubbliche (il-Ftehim bejn l-Awtorità Taljana għall-Edukazzjoni u l-Konferenza tal-Isqfijiet Taljani dwar l-edukazzjoni reliġjuża Kattolika fi skejjel tal-Istat) tas-16 ta’ Diċembru 1985 jipprovdi li l-edukazzjoni reliġjuża Kattolika għandha tingħata minn għalliema li jkollhom ċertifikati mhux irrevokati li juru l-kapaċità tagħhom maħruġa mill-ordinarju djoċesan, u maħtura b’konsultazzjoni bejn l-ordinarju djoċesan u l-awtoritajiet edukattivi kompetenti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali (16)”.

19.      Skont il-Kanoni 804(2) tal-Kodiċi tad-Dritt Kanoniku (17), l-ordinarju djoċesan għandu jiżgura li dawk li jinħatru bħala għalliema tar-reliġjon fl-iskejjel, inkluż dawk li ma humiex Kattoliċi, ikunu distinti fil-korrettezza, fid-duttrina, fix-xhieda ta’ ħajja Nisranija, u fil-kompetenza fit-tagħlim.

II.    Ilfatti u ddomanda preliminari

20.      YT u 18 oħrajn (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”) huma għalliema tar-reliġjon Kattolika impjegati mill-Ministeru konvenut taħt kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat. Ir-relazzjoni ta’ impjieg hija bbażata fuq ħatriet annwali, li jiġu kkonfermati mill-ġdid b’mod awtomatiku, skont l-Artikolu 40(5) taċ-CCNL tas‑27 ta’ Novembru 2007 (punt 15 iktar ’il fuq). Ir-rikorrenti kollha għandhom ċertifikati li juru l-kapaċità tagħhom maħruġa mill-ordinarju djoċesan.

21.      Ir-rikorrenti nħatru mill-awtorità edukattiva abbażi ta’ proposta mill-ordinarju djoċesan. Kull wieħed mill-kuntratti għal żmien determinat inkwistjoni għandu tul ta’ żmien totali ta’ iktar minn 36 xahar (ara l-punt 10 iktar ’il fuq). F’ċerti każijiet, il-kuntratti jaqbżu l-20 sena (18).

22.      Fil‑31 ta’ Lulju 2015, ir-rikorrenti fetħu kawża fil-qorti tar-rinviju, fejn talbu (i) li l-kuntratti tagħhom għal żmien determinat jinbidlu f’kuntratti għal żmien indeterminat u, sussidjarjament, (ii) li jiġu kkumpensati għad-danni. Il-Federazione GILDA‑UNAMS (il-Federazzjoni GILDA‑UNAMS), l-organizzazzjoni sindakali li kienet firmatarja taċ-CCNL tas‑27 ta’ Novembru 2007, ukoll dehret f’dawn il-proċeduri.

23.      Il-Ministeru konvenut oġġezzjona għal din it-talba.

24.      Il-qorti tar-rinviju tispjega li d-Direttiva 1999/70 ġiet trasposta fid-dritt Taljan permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 (punti 10 u 11 iktar ’il fuq). L-Artikolu 5(4-bis) tal-verżjoni fis-seħħ fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali kien jipprovdi, b’mod partikolari, għall-konverżjoni ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat lejn waħda għal żmien indeterminat fejn din ir-relazzjoni kienet taqbeż perijodu totali ta’ 36 xahar b’riżultat ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat bejn l-istess persuna li timpjega u l-istess impjegat (19).

25.      Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari r-rekwiżit tal-konverżjoni ta’ kuntratt lejn wieħed għal żmien indeterminat, ma humiex applikabbli għal ħaddiema tas-settur pubbliku. Kif ġie spjegat iktar ’il fuq (punt 12 iktar ’il fuq) għal dawn il-ħaddiema, l-Artikolu 36 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/2001 jipprovdi, b’mod partikolari, li awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirreklutaw persunal biss, permezz ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, sabiex jissodisfaw rekwiżiti temporanji jew eċċezzjonali, u li kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti ma jwassalx għall-ħolqien ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien indeterminat. Minflok, il-ħaddiema jkunu intitolati għal kumpens għad-danni mill-awtoritajiet pubbliċi.

26.      Madankollu, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/2001 ma japplikax għal kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat konklużi fis-settur tal-iskejjel sabiex jimtlew pożizzjonijiet temporanji ta’ għalliema u ta’ persunal amministrattiv, tekniku u awżiljarju (ATA) (punt 11 iktar ’il fuq).

27.      Għalhekk, projbizzjonijiet u sanzjonijiet għall-użu repetut ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat stipulati fid-dritt Taljan ma humiex applikabbli għas-settur tal-iskejjel.

28.      Il-qorti tar-rinviju tinnota li r-relazzjonijiet tal-impjieg tar-rikorrenti huma totalment prekarji u mhux protetti. Fil-fatt, l-Artikolu 309 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 297/1994 jipprovdi li l-kapijiet ta’ stabbilimenti edukattivi għandhom ikunu responsabbli sabiex jappuntaw persunal fuq bażi annwali għall-edukazzjoni reliġjuża Kattolika b’konsultazzjoni mal-ordinarju djoċesan skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u s-Santa Sede u l-ftehimiet bejn l-Awtorità Taljana għall-Edukazzjoni u l-Konferenza tal-Isqfijiet Taljani dwar l-edukazzjoni reliġjuża Kattolika fi skejjel tal-Istat (punt 13 iktar ’il fuq). Il-ftehimiet jipprovdu li għalliema tar-reliġjon Kattolika għandu jkollhom ċertifikat mhux irrevokat li juri l-kapaċità tagħhom, maħruġ mill-ordinarju djoċesan, u għall-ħatra tagħhom permezz ta’ konsultazzjoni mal-ordinarju djoċesan, mill-awtoritajiet kompetenti tal-iskola (punt 18 iktar ’il fuq).

29.      Revoka taċ-ċertifikat mill-ordinarju djoċesan kompetenti għall-għalliema tar-reliġjon Kattolika li jkunu ġew irreklutati wara l-uniku kompetizzjoni miftuħa li qatt saret, bl-istess mod tikkostitwixxi bażi għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg, skont l-Artikolu 3(9) tal-Liġi Nru 186/03 (punt 9 iktar ’il fuq).

30.      Il-qorti tar-rinviju ssemmi wkoll dak li hi ssejjaħlu kunflitt bejn il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Sciotto (20) fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas u l-ġurisprudenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali), li ddeċidiet, fis-sentenza Nru 248/18 (21), li “jista’ biss jiġi mtenni li huwa impossibbli, għas-settur pubbliku kollu, li relazzjoni għal żmien determinat tiġi kkonvertita f’waħda għal żmien indeterminat – skont ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni u dik Taljana”. Minn dan isegwi li qorti nazzjonali ma tista’ qatt timponi relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien indeterminat fid-diversi setturi tal-amministrazzjoni pubblika, anki fejn, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, ma jkun hemm ebda miżura li tipprekludi dan għall-finijiet tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas.

31.      Is-sentenza Nru 248/2018 kienet dwar stħarriġ kostituzzjonali tal-Artikolu 10(4-bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 (punt 11 iktar ’il fuq) u tal-Artikolu 36(5), (5 ter) u (5 quater) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/2001 (punt 12 iktar ’il fuq) li tirreferi, inter alia, għas-sentenzi tas‑7 ta’ Marzu 2018, Santoro (22) u tas‑7 ta’ Settembru 2006, Marrosu u Sardino (23).

32.      Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Taljana li timplimenta d-Direttiva 1999/70, u b’mod partikolari l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, u mal-Artikolu 21 tal-Karta u mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (24), u t-trattament differenti mogħti lill-għalliema tar-reliġjon Kattolika pparagunat mat-trattament ta’ għalliema oħrajn.

33.      Il-qorti tar-rinviju tirrimarka li l-għalliema kollha għajr l-għalliema tar-reliġjon Kattolika kisbu l-ħatra bħala impjegati permanenti u konsegwentement issa għandhom kuntratti għal żmien indeterminat, skont il-pjan speċjali ta’ reklutaġġ introdott mil-Liġi Nru 107/2015 (punt 14 iktar ’il fuq) u tistaqsi jekk huwiex possibbli, abbażi tal-Artikolu 21 tal-Karta, tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, u tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78, li ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprekludu l-konverżjoni awtomatika ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat jekk ir-relazzjoni ta’ impjieg taqbeż ċertu perijodu ta’ żmien.

34.      Għal dawn ir-raġunijiet, il-qorti tar-rinviju qiegħda titlob risposti għas-segwenti domandi preliminari:

“(1)      It-trattament differenti rriżervat biss għall-għalliema tar-reliġjon Kattolika bħalma huma r-rikorrenti, jikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon, fis-sens tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-Direttiva 2000/78/KE, jew il-fatt li t-titolu ta’ kapaċità li għandu l-ħaddiem jista’ jiġi rrevokat jikkostitwixxi ġustifikazzjoni xierqa għaliex huma biss l-għalliema tar-reliġjon Kattolika, bħalma huma r-rikorrenti, li jiġu ttrattati b’mod differenti mill-għalliema l-oħra, billi ma jibbenefikawx mill-ebda waħda mill-miżuri ta’ prevenzjoni previsti fil-klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP?

(2)      Jekk jiġi kkunsidrat li hemm diskriminazzjoni diretta, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78/KE, ibbażata fuq ir-reliġjon (Artikolu 1), kif ukoll fis-sens tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-istrumenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-qorti adita sabiex telimina l-konsegwenzi ta’ din id-diskriminazzjoni, inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-għalliema kollha għajr l-għalliema tar-reliġjon Kattolika bbenefikaw mill-pjan ta’ reklutaġġ straordinarju previst fil-Liġi Nru 107/2015, billi kisbu l-ħatra bħala uffiċjal permanenti tagħhom u, għalhekk, kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat; konsegwentement, għandha l-qorti adita tiddeċiedi fis-sens li tistabbilixxi relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat mal-amministrazzjoni konvenuta?

(3)      Il-klawżola 5 tal-Ftehim qafas, li hija implimentata bid-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, skont liema r-regoli ta’ dritt komuni li jirregolaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u li huma intiżi li jippenalizzaw l-użu ħażin ta’ kuntratt għal żmien determinat suċċessivi, bil-konverżjoni awtomatika ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat meta r-relazzjoni tax-xogħol tkompli wara ċerta data, ma japplikawx għas-settur tal-edukazzjoni, speċifikament għall-għalliema tar-reliġjon Kattolika, b’tali mod li tiġa permessa suċċessjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat għal perijodu indeterminat? B’mod iktar speċifiku, tista’ n-neċessità għal ftehim mal-ordinarju djoċesan tkun raġuni oġġettiva, fis-sens tal-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, jew għandha, għall-kuntrarju, titqies bħala diskriminazzjoni pprojbita fis-sens tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

(4)      Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas anness mad-Direttiva 1999/70 jew l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 jippermettu li r-regoli li jipprekludu l-konverżjoni awtomatika minn kuntratt għal żmien determinat għal kuntratt għal żmien indeterminat jiġu applikati meta r-relazzjoni ta’ xogħol tkompli lil hinn minn ċerta data?”

35.      Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-Federazzjoni GILDA‑UNAMS (li tagħha t-18‑il rikorrent huma membri), mir-Repubblika Taljana, u mill-Kummissjoni Ewropea. Ma kien hemm l-ebda smigħ.

III. Analiżi

A.      Rimarki preliminari

1.      Ir-rwol tal-Artikolu 17(1) TFUE fir-riżoluzzjoni tat-tilwima

36.      Għall-kuntrarju tal-argumenti magħmula fl-osservazzjonijiet bil-miktub tar-Repubblika Taljana, iċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali ma jaffettwawx l-“istatus” taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ organizzazzjoni reliġjuża preskritt taħt l-Artikolu 17(1) TFUE. L-argument tar-Repubblika Taljana fir-rigward tal-ammissibbiltà qiegħed għalhekk jiġi miċħud.

37.      L-ewwel nett, kif ġie indikat fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, l-għoti taċ-ċertifikat ta’ kapaċità lill-għalliema tar-reliġjon Kattolika huwa irrilevanti għall-iffissar, jew le, tal-kuntratt. Dan huwa l-każ peress li ċ-ċertifikat huwa meħtieġ kemm għall-għalliema tar-reliġjon Kattolika impjegati b’kuntratt għal żmien determinat kif ukoll għall-għalliema tar-reliġjon Kattolika impjegati b’kuntratt għal żmien indeterminat (ara l-punti 9 u 18 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-konsegwenzi tar-revoka tiegħu mill-ordinarju djoċesan huma l-istess għal għalliema impjegati permezz taż-żewġ tipi ta’ kuntratti.

38.      Barra minn hekk, żewġ deċiżjonijiet preċedenti li jinterpretaw l-Artikolu 17(1) TFUE kellhom artikolazzjoni ċara tat-telf ta’ “status” li għandu jsegwi għall-organizzazzjoni reliġjuża taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17(1) TFUE jekk ir-regoli rilevanti tal-Unjoni kellhom jiġu applikati għalihom (25), peress li l-Artikolu 17(1) TFUE jipprovdi ‘esklużjoni’ minn tali applikazzjoni. Madankollu dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. Mhux biss l-awtorità tal-ordinarju djoċesan li joħroġ ċertifikati ta’ kapaċità mhux qiegħda tiġi kkontestata, imma wkoll din l-awtorità tibqa’ fis-seħħ kemm jekk ir-rikorrenti jirnexxilhom jikkonvertu l-kuntratti tagħhom għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat u kemm jekk le.

39.      Preokkupazzjonijiet ġenerali dwar l-indipendenza ta’ knejjes taħt il-kostituzzjoni tal-Istat Membru (ara l-punt 16 iktar ’il fuq) u r-rwol ta’ knisja fl-approvazzjoni ta’ għalliema tal-fidi Kattolika (ara l-punti 9, 13 u 18 iktar ’il fuq) kif imressqa fl-osservazzjonijiet bil-miktub tar-Repubblika Taljana, ma humiex biżżejjed biex jiskattaw l-Artikolu 17(1) TFUE.

40.      Ġie wkoll issuġġerit fis-sottomissjonijiet tar-Repubblika Taljana li, jekk 30 % tal-għalliema tal-fidi Kattolika ma jkunux fuq kuntratti temporanji, l-impatt prattiku tal-iskema leġiżlattiva stabbilita f’Parti I(B) iktar ’il fuq, il-provvista tat-tagħlim ta’ din il-fidi fi skejjel pubbliċi Taljani jiġi pperikolat minħabba l-ħtieġa għal flessibbiltà. Madankollu r-rikorrenti kollha ilhom impjegati stabbli tal-konvenut għal perijodi estiżi ta’ żmien (26), u xi wħud minnhom ilhom impjegati għal iżjed minn 20 sena. Hawnhekk ukoll ma huwiex mill-ewwel evidenti x’inhu f’riskju fir-rigward ta’ “status” taħt l-Artikolu 17(1) TFUE, peress li, fil-prattika, id-domanda kienet kostanti.

41.      L-applikazzjoni tal-Ftehim Qafas għaċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali ma tammontax għal deċiżjoni dwar il-karattru fakultattiv tat-tagħlim tal-fidi Kattolika fi skejjel pubbliċi Taljani, kif ġie ssuġġerit fl-osservazzjonijiet bil-miktub tar-Repubblika Taljana. Din pjuttost tikkonċerna kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ dawk li jgħallmu suġġett mhux obbligatorju.

42.      Għaldaqstant, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Artikolu 17(1) TFUE jesprimi n-newtralità tal-Unjoni Ewropea lejn l-organizzazzjoni mill-Istati Membri tar-relazzjoni tagħhom ma’ knejjes u ma’ assoċjazzjonijiet u komunitajiet reliġjużi (27), hija ddeċidiet ukoll li dispożizzjonijiet nazzjonali li jfittxu li jagħtu lill-impjegati li huma membri ta’ ċerti knejjes festa pubblika addizzjonali biex tikkoinċidi ma’ festivals reliġjużi importanti għal dawk il-knejjes ma jfittxux li jorganizzaw dawn ir-relazzjonijiet bejn Stat Membru u dawk il-knejjes (28). Bl-istess mod, regoli nazzjonali li jippermettu li Stat Membru jqiegħed 30 % tal-għalliema ta’ fidi partikolari fuq kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, u jipprekludu l-konverżjoni ta’ dawn il-kuntratti f’kuntratti għal żmien indeterminat anki f’każ ta’ abbuż skont il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, ma jfittxux li jorganizzaw relazzjonijiet bejn dak l-Istat Membru u l-Knisja Kattolika.

2.      L-Artikolu 351 TFUE ma jirrendix id-deċiżjoni tar-rinviju inammissibbli

43.      Għall-kuntrarju tal-argumenti mressqa fl-osservazzjonijiet bil-miktub tar-Repubblika Taljana, l-ammissibbiltà tad-deċiżjoni tar-rinviju ma tistax tiġi kkontestata abbażi tal-Artikolu 351(1) TFUE. Skont din id-dispożizzjoni, id-drittijiet u l-obbligi taħt ftehimiet tad-dritt internazzjonali pubbliku konklużi minn Stat Membru qabel l-adeżjoni mal-Unjoni ma’ Stat li ma huwiex Membru ma għandhomx jintlaqtu mid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, il-ftehimiet mal-Vatikan jew marbuta miegħu jibqgħu mhux affettwati bit-tilwima fil-kawża prinċipali, peress li dawn jikkonċernaw is-setgħat tal-ordinarji djoċesani li joħroġ u jirrevoka ċertifikati ta’ kapaċità (ara l-punti 9 u 18 iktar ’il fuq) - setgħa li ma hijiex affettwata mill-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas. L-Artikolu 351 TFUE jagħti lill-Istati Membri l-għażla li jkomplu jaderixxu ma’ obbligi taħt id-dritt internazzjonali pubbliku li jkunu saru qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni (29). Madankollu, l-Artikolu 351 TFUE huwa pertinenti biss għal ftehimiet internazzjonali li jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (30). Dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.

3.      IdDirettiva 2000/78 hija norma sussidjarja għar-riżoluzzjoni tal-kawża prinċipali

44.      Il-Ftehim Qafas huwa l-miżura dominanti fid-dritt tal-Unjoni, pjuttost milli d-Direttiva 2000/78, li tirregola l-kawża prinċipali. Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, kemm il-kwistjonijiet ta’ allegata diskriminazzjoni kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ rimedju derivanti minnhom għandhom jiġu riżolti b’referenza għad-dritt primarju tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikoli 21 u 47 tal-Karta, rispettivament.

45.      Il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas hija s-sors tal-ġurisprudenza rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, effettivament, jekk il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon fl-Artikolu 21 tal-Karta, dispożizzjoni li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas hija marbuta li tikkonforma magħha, teħtieġx li l-qorti tar-rinviju tneħħi ostakolu leġiżlattiv taħt il-liġi Taljana kontra l-konverżjoni tal-kuntratti għal żmien determinat tar-rikorrenti f’kuntratti għal żmien indeterminat. Barra minn hekk, peress li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal effett dirett (31), il-proċeduri prinċipali jeħtieġu analiżi b’referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Egenberger (32). L-effett dirett kien ugwalment prekluż f’dik il-kawża, peress li kienet tikkonċerna tilwima orizzontali bejn żewġ partijiet privati, u l-partijiet invokaw l-Artikolu 21 tal-Karta, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta, biex jitneħħa ostakolu leġiżlattiv għal rimedju (33).

46.      Il-proċess jindika li d-differenza fit-trattament ilmentata tinsab fil-fatt li 30 % tal-għalliema tar-reliġjon Kattolika jaħdmu fuq bażi ta’ kuntratti għal żmien determinat li ma jistgħux, taħt id-dritt tal-Istat Membru, jiġu kkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat, li twassal għal aċċess diskriminatorju għal rimedji meta dawn l-għalliema jiġu pparagunati ma’ għalliema oħrajn fis-settur pubbliku. Hemm ukoll nuqqas ta’ qbil dwar ir-raġuni oġġettiva li tiġġustifika użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat skont il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas.

47.      Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-kwistjonijiet huma rregolati mill-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas (ara l-punti 59 sa 62 iktar ’il quddiem). Peress li l-qalba tat-tilwima hija jekk leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprekludi l-konverżjoni tal-kuntratti tar-rikorrenti f’kuntratti għal żmien indeterminat għandhiex tiġi injorata, bħala kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni, u r-rwol tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas f’din id-deċiżjoni, l-argumenti tar-rikorrenti dwar diskriminazzjoni fuq bażi tar-reliġjon għandhom jiġu kkunsidrati b’referenza għad-dritt primarju tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 21 (34) tal-Karta u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif protett mill-Artikolu 20 (35) tal-Karta. Id-domandi 1 u 2 tal-qorti tar-rinviju dwar id-Direttiva 2000/78 huma limitati għal rimedji fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni diretta (36). Il-protezzjoni mogħtija mid-dritt primarju tal-Unjoni, u b’mod iktar speċifiku l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta jinkludu fihom, f’kull każ, id-diskriminazzjoni indiretta (ara l-punti 71 sa 75 iktar ’il quddiem). Ilu li ġie stabbilit fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni għandha tiġi interpretata konformement mal-prinċipju ta’ trattament ugwali, issa rifless fl-Artikolu 20 tal-Karta (37), kif japplika wkoll għal liġijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw miżuri tal-Unjoni (38).

48.      L-approċċ li qiegħed jiġi rrakkomandat hawnhekk huwa sostnut mill-prassi stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja meta jkun allegat li seħħ ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, f’kuntesti li jmorru lil hinn mid-Direttiva 2000/78. Fis-sentenza fil-kawża Léger (39), fil-kunsiderazzjoni tagħha dwar jekk ir-rikorrent kienx ġie ddiskriminat minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu bl-implimentazzjoni mill-Istat Membru tal-punt 2.1 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat‑22 ta’ Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (40), il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta.

49.      Bl-istess mod, fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Glatzel (41), allegazzjonijiet ta’ ksur tal-Artikoli 20, 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fir-rigward ta’ diskriminazzjoni minħabba d-diżabbiltà, qajmu diskussjoni dwar id-Direttiva 2000/78 biss sal-punt meħtieġ għad-determinazzjoni tat-tifsira ta’ “diżabbiltà” (42). Dan peress li l-allegat trattament mhux ugwali seħħ fil-kuntest tal-implimentazzjoni mill-Istat Membru tal-punt 6.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (43), (dispożizzjonijiet allegati li kienu invalidi) b’mod li d-diskriminazzjoni ġiet evalwata b’referenza għall-Artikoli 20 u 21 tal-Karta. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza elaborata mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt id-Direttiva 2000/78 hija rilevanti sa fejn hija sors ta’ liġi għall-interpretazzjoni ta’ kunċetti legali li jinsabu fid-Direttiva 2000/78 u li jinsabu wkoll fil-projbizzjoni ġenerali ta’ trattament mhux ugwali, kif espressa fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta.

50.      Għandu jiġi enfasizzat, għalhekk, li d-Direttiva 2000/78 ma hijiex l-uniku norma tad-dritt tal-Unjoni li tipproteġi kontra diskriminazzjoni illegali, kemm jekk din tkun ibbażata fuq ir-reliġjon, fuq l-orjentazzjoni sesswali, jew fuq kwalunkwe raġuni oħra msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta. Il-konsegwenza għall-kawża prinċipali tad-deċiżjoni fil-kawża Léger, u oħrajn, hija li d-dispożizzjonijiet kollha fil-Ftehim Qafas, inkluż il-klawżola 5 u n-normi ta’ rimedji tagħha (ara l-punti 63 sa 77 iktar ’il quddiem), għandhom jiġu interpretati f’konformità mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament taħt l-Artikolu 20 tal-Karta u mal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, inkluża d-diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon jew it-twemmin, peress li hija protetta minn dispożizzjoni primarja tad-dritt tal-Unjoni, li huwa l-Artikolu 21 tal-Karta (44). L-istess japplika fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-Karta, minħabba r-rilevanza għar-riżoluzzjoni tat-tilwima tal-ġurisprudenza stabbilita dwar ir-regoli ta’ rimedji marbuta mal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, u li jaqgħu taħt l-Artikolu 47 (45).

51.      Barra minn hekk, l-Istati Membri huma obbligati, skont l-Artikolu 51 tal-Karta, li josservaw il-Karta, inkluż l-Artikoli 20, 21 u 47 meta jkunu qegħdin “jimplimentaw” il-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas (46) – obbligu li jestendi għall-istabbiliment ta’ rimedji (47). Ir-Repubblika Taljana hija għalhekk marbuta, meta tipprovdi rimedji għall-protezzjoni kontra l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, li tagħmel dan b’mod li jirrispetta d-drittijiet tar-rikorrenti li ma jiġux iddiskriminati minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, kif iggarantit mill-Artikolu 21 tal-Karta, u sabiex tiżgura li r-rimedji disponibbli jkunu effettivi, kif meħtieġ mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.

52.      Ir-rwol tal-Artikoli 21 u 47 tal-Karta fir-riżoluzzjoni ta’ dan it-tilwim ser jiġi elaborat iktar ’il quddiem (punti 63 sa 77).

53.      Għalhekk, ser tingħata risposta biss għat-tielet u għar-raba’ domanda.

4.      Approċċ għar-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda

54.      It-tielet domanda tistaqsi jekk teżistix raġuni oġġettiva li tiġġustifika l-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat (48). Imbagħad, x’konsegwenzi jsegwu, f’termini ta’ rimedji, f’każ ta’ konstatazzjoni ta’ assenza ta’ raġuni oġġettiva? Ir-raba’ domanda tistaqsi dwar x’għandu jsir fir-rigward ta’ liġijiet tal-Istat Membru li jostakolaw ir-rimedju meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, inkluż normi ta’ valur kostituzzjonali. It-tielet u r-raba’ domanda għalhekk ser jingħataw risposta flimkien.

55.      Kif indikat mill-qorti tar-rinviju, l-ilment ewlieni tar-rikorrenti huwa li huma ġew iddiskriminati fil-konfront ta’ għalliema li bbenefikaw mir-riforma introdotta mil-Liġi Nru 107/2015 (punt 14 iktar ’il fuq) li permezz tagħha l-kuntratti għal żmien determinat ġew ikkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat.

56.      Infakkar, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kuntest speċifiku tal-Liġi Nru 107/2015 (punt 14 iktar ’il fuq), li “d-differenza fit-trattament bejn żewġ kategoriji ta’ ħaddiema għal żmien determinat li tirriżulta minn riforma tal-leġiżlazzjoni applikabbli ma taqax taħt il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fil-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas” (49). B’dan il-mod, il-Klawżola 4 hija irrilevanti għall-kawża prinċipali u l-Klawżola 4 ma hijiex ser tissemma fir-risposta għar-raba’ domanda.

57.      Madankollu, il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward bl-ebda mod ma ttaffi l-obbligu usa’ tal-qorti tar-rinviju li tassigura d-dritt tar-rikorrenti li ma jiġux iddiskriminati abbażi tar-reliġjon tagħhom, kif protett taħt l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, fejn tal-ewwel hija espressjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali taħt id-dritt tal-Unjoni (ara l-punti 63 sa 77 iktar ’il quddiem).

B.      Risposta għad-domandi preliminari

58.      It-tielet u r-raba’ domanda għandhom jingħataw risposta fis-sens li n-neċessità li għalliema tar-reliġjon Kattolika jiksbu l-approvazzjoni tal-ordinarju djoċesan bħala prerekwiżit għal tagħlim fi skejjel pubbliċi ma jikkostitwixxix raġuni oġġettiva fit-tifsira tal-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas, li tiġġustifika t-tiġdid ta’ kuntratti għal żmien determinat. Fiċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali, u peress li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas ma għandux il-prekundizzjonijiet sabiex ikollu effett dirett, il-qorti tar-rinviju jeħtieġ li ma tapplikax projbizzjoni leġiżlattiva assoluta taħt id-dritt nazzjonali li tipprekludi konverżjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, biss f’każijiet fejn din l-assenza ta’ konverżjoni twassal għal diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon jew il-fidi inkonsistenti mal-Artikolu 21 tal-Karta u l-indisponibbiltà ta’ rimedju effettiv ta’ dan il-ksur, b’mod inkonsistenti mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju. F’dan il-każ, ir-regoli kollha tad-dritt tal-Istat Membru li ma jistgħux jiġu interpretati b’mod konformi mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin protetta mill-Artikoli 21 tal-Karta, u r-rimedju għall-ksur tagħha żgurat mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, ma għandhomx jiġu applikati, inkluż regoli ta’ natura kostituzzjonali.

1.      Introduzzjoni

59.      Il-Ftehim Qafas japplika għal persunal irreklutat fis-settur tal-edukazzjoni (50). Ir-Repubblika Taljana ma introduċietx miżuri li jillimitaw iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti, jew in-numru ta’ tiġdid, fit-tifsira ta’ Klawżola 5(1)(b) u (ċ) tal-Ftehim Qafas. Lanqas ma jidher li l-leġiżlazzjoni Taljana fiha miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas (51). Madankollu, il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas teħtieġ, bl-għan li jiġi evitat abbuż ta’ kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg suċċessivi għal żmien determinat, l-adozzjoni effettiva u vinkolanti minn Stati Membri ta’ mill-inqas waħda mill-miżuri msemmija f’dik id-dispożizzjoni, fejn id-dritt domestiku ma jkunx diġà jinkludi miżuri legali ekwivalenti (52). Għaldaqstant, “raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet” taħt il-Klawżola 5(1)(a) għandhom jitqiesu bħala mod ta’ prevenzjoni ta’ abbuż (53).

2.      Ebda raġuni oġġettiva għattiġdid

60.      Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, “il-kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ għandu jinftiehem fis-sens li jfisser ċirkustanzi preċiżi u konkreti li jikkaratterizzaw attività partikolari u, għaldaqstant, ta’ natura li jiġġustifikaw f’dan il-kuntest partikolari l-użu ta’ kuntratti tax-xogħol suċċessivi għal żmien determinat. Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jirriżultaw, b’mod partikolari, min-natura partikolari tal-kompiti li għat-twettiq tagħhom tali kuntratti ġew konklużi u mill-karatteristiċi intrinsiċi għalihom jew, jekk ikun il-każ, mit-tfittxija ta’ għan leġittimu ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru (54)”.

61.      Huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk it-tiġdid ta’ tali kuntratti jissodisfax effettivament bżonn ġenwin, jekk huwiex ta’ natura li jilħaq l-għan imfittex u jekk huwiex neċessarju għal dan l-iskop (55). Madankollu, kriterji ma jistgħux ikunu “oġġettivi” meta ma jkollhom ebda differenza materjali minn kriterji applikabbli għal ħaddiema impjegati abbażi ta’ kuntratti għal żmien indeterminat u li għandhom l-istess kompiti bħal ħaddiema impjegati għal żmien determinat. Hawnhekk qiegħed nirreferi għar-rekwiżit li għalliema tal-fidi Kattolika jkollhom ċertifikat ta’ kapaċità maħruġ mill-ordinarju djoċesan, li huwa komuni għal għalliema tar-reliġjon Kattolika impjegati permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat u permezz ta’ kuntratti għal żmien indeterminat (ara l-punti 9 u 18 iktar ’il fuq). Fatturi bħal regoli speċjali għall-gradi li jingħataw lil studenti tal-fidi Kattolika (ara l-punt 13 iktar ’il fuq), u l-fatt li dan ma huwiex suġġett obbligatorju (ara l-punt 17 iktar ’il fuq), ma humiex biżżejjed sabiex issir distinzjoni bejn għalliema ta’ dawk is-suġġetti u għalliema oħrajn fir-rigward ta’ kompiti ewlenin (punt 13 iktar ’il fuq).

62.      Għalkemm mhux imsemmija fit-tielet domanda, l-argumenti tar-Repubblika Taljana jirreferu għall-ħtieġa għal flessibbiltà (56) fit-tagħlim ta’ suġġett mhux obbligatorju. Madankollu, huwa diffiċli li l-ħtieġa għal flessibbiltà, f’termini prattiċi (57), tiġi aċċettata bħala “ġenwina” meta ħafna mir-rikorrenti ilhom impjegati permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat għal iktar minn 20 sena. Ma huwa qiegħed jiġi kopert ebda bżonn provviżorju (58), kif jidher min-“numru tal-imsemmija kuntratti suċċessivi konklużi mal-istess persuna jew għall-finijiet tat-twettiq tal-istess xogħol” (59). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kuntratti għal żmien determinat ma jistgħux jiġu mġedda għall-finijiet tat-twettiq ta’ kompiti li normalment jaqgħu taħt l-attività tas-settur ikkonċernat b’mod permanenti u fit-tul (60). Fil-kawża prinċipali, it-tul ta’ żmien tar-relazzjoni tal-impjieg turi li l-użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat qiegħed iservi għall-“ħtiġijiet ta’ impjieg permanenti u sostenibbli” tal-persuna li timpjega minkejja n-natura fakultattiva tal-edukazzjoni Kattolika bħala suġġett (61). Finalment, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tistipula ebda kundizzjoni sabiex jiġi vverifikat konkretament li t-tiġdid ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet tax-xogħol suċċessivi għal żmien determinat ikun intiż li jkopri ħtiġijiet provviżorji (62), u lanqas għandha għanijiet ta’ politika soċjali (63).

3.      Konsegwenzi rimedjali

63.      Il-kawża prinċipali tinkludi t-tliet kumplessitajiet li ġejjin. L-ewwel nett, id-deċiżjoni tar-rinviju timplika li r-rikorrenti ma għandhom ebda rimedju taħt id-dritt tal-Istat Membru sabiex jinforzaw id-drittijiet tagħhom taħt il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, peress li tissuġġerixxi li la huma intitolati għal konverżjoni tal-kuntratti tagħhom f’kuntratti għal żmien indeterminat u lanqas għal kumpens (punt 27 iktar ’il fuq) (64). B’konsegwenza ta’ dan, u t-tieni nett, din tiskatta l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta. It-tielet nett, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon, kif protetta permezz tal-Artikolu 21 tal-Karta hija rilevanti, l-istess bħall-garanzija ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-Artikolu 20 tal-Karta, peress li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas għandha tiġi interpretata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Karta (65), u l-Istati Membri huma obbligati li josservaw l-Artikoli 20 u 21(1) fil-kuntest ta’ kwalunkwe miżuri nazzjonali li jimplimentaw il-Klawżola 5 (66), inkluż miżuri rimedjali (67). Miżuri “adottati minn leġiżlatura nazzjonali bil-għan li jiġi ppenalizzat l-abbuż ta’ kuntratti [għal żmien determinat] mill-persuni li jimpjegaw fis-settur privat jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni” (68). Ir-rikorrenti jilmentaw mis-sistema ta’ rimedji sfavorevoli li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt id-dritt tal-Istat Membru meta pparagunata ma’ dawk disponibbli għal għalliema oħrajn fis-settur pubbliku li jkunu ħadmu abbażi ta’ kuntratti għal żmien determinat għal iżjed minn 36 xahar. Ir-rikorrenti jgħidu li din id-differenza fit-trattament hija marbuta mar-reliġjon tagħhom.

64.      Fl-assenza ta’ dawn it-tliet fatturi, il-Ftehim Qafas bl-ebda mod ma jobbliga lill-qorti tar-rinviju li tneħħi projbizzjoni statutorja inekwivokabbli fuq il-konverżjoni tal-kuntratti għal żmien determinat tar-rikorrenti f’kuntratti għal żmien indeterminat. Għandu jitfakkar li l-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/2001 jgħid li “ksur ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti dwar ir-reklutaġġ jew impjieg ta’ ħaddiema minn amministrazzjonijiet pubbliċi ma jistax iwassal għall-ħolqien ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat ma’ dawn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà jew sanzjoni li dawn l-amministrazzjonijiet jistgħu jinkorru.” (punt 12 iktar ’il fuq, enfasi tiegħi). Ir-riformi stabbiliti b’mod speċifiku għas-sena skolastika 2015 sa 2016 (punt 14 iktar ’il fuq) lanqas ma jidhru li huma disposti għal interpretazzjoni li tkun tinkludi lir-rikorrenti.

65.      Il-prinċipji rilevanti għal pieni applikabbli għal użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat huma ferm stabbiliti fil-ġurisprudenza. Awtoritajiet nazzjonali għandhom jadottaw sanzjonijiet li huma ta’ natura proporzjonata, effettivi u dissważivi biżżejjed kontra l-ksur (69), sabiex jitneħħew il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni (70). Il-Ftehim Qafas ma jistabbilixxix obbligu ġenerali fuq l-Istati Membri li jipprovdu għall-konverżjoni ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat f’kuntratti ta’ impjieg għal żmien indeterminat. Il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha madankollu tinkludi fiha miżura oħra li tkun effettiva biex tipprevjeni u, fejn ikun rilevanti, tippenalizza l-abbuż ta’ kuntratti ta’ impjieg għal żmien determinat suċċessivi. (71) Din hija materja ta’ awtonomija proċedurali nazzjonali, u hija suġġetta għall-prinċipji ta’ ekwivalenza (72) u ta’ effettività (73). L-interpretazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru f’dan ir-rigward hija purament kompitu tal-qorti tar-rinviju, li għandha tiddetermina jekk id-dritt tal-Istat Membru jipprevjenix u jippenalizzax b’mod suffiċjenti l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat kif prekluż mill-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas (74). Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ madankollu tipprovdi direzzjoni (75).

66.      Fl-assenza ta’ kwalunkwe dimensjoni li tikkonċerna drittijiet li joriġinaw mill-Karta, il-ġurisprudenza timponi limiti fuq l-obbligi interpretattivi tal-qorti tar-rinviju; dawn jirriżultaw mill-fatt li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas ma għandux il-prekundizzjonijiet sabiex ikollu effett dirett (76). Il-qrati tar-rinviju huma obbligati jagħmlu “dak kollu li huwa fil-ġurisdizzjoni tagħhom, billi jieħdu in kunsiderazzjoni l-liġi interna kollha u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti minnha, sabiex jiggarantixxu l-effettività sħiħa tad-Direttiva in kwistjoni” (77). Il-qorti tar-rinviju ma hijiex, madankollu, obbligata li tastjeni milli tapplika contra legem dispożizzjonijiet tad-dritt ta’ Stat Membru, bħalma hi d-dispożizzjoni msemmija fil-punt 63 iktar ’il fuq li teskludi lir-rikorrenti b’mod espress minn intitolament għal konverżjoni tal-kuntratti tagħhom f’kuntratti għal żmien indeterminat, peress li obbligu bħal dan ikun inkonsistenti maċ-ċertezza legali u man-nuqqas ta’ retroattività tad-dritt tal-Unjoni (78). Il-frażi “ma jistax” (ara l-punt 64 iktar ’il fuq) tidher impossibbli li tingħata interpretazzjoni konformi mal-konsegwenzi ta’ rimedju li jakkumpanjaw in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tal-obbligi inerenti għall-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet reċentement li “[f]il-każ li l-qorti nazzjonali tasal tikkonkludi li t-trasformazzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien mhux determinat, […], ma kinitx possibbli, peress li twassal għal interpretazzjoni contra legem tal-Artikolu 103(7) u (8) tal-Kostituzzjoni Ellenika, din il-qorti jkollha tivverifika jekk jeżistux miżuri oħra effettivi għal dan il-għan fid-dritt Elleniku”(79). Madankollu, kieku din kienet l-istampa sħiħa, kont naqbel mal-asserzjoni tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sens li “jista’ biss jiġi mtenni li huwa impossibbli, għas-settur pubbliku kollu, li relazzjoni għal żmien determinat tiġi kkonvertita f’waħda għal żmien indeterminat – skont ġurisprudenza stabbilita tal-Unjoni u dik Taljana” (80).

67.      Madankollu, ladarba jkun hemm l-involviment tal-Artikoli 21 u 47 tal-Karta, il-qrati tal-Istati Membri huma obbligati jagħmlu iżjed minn hekk. Ġie stabbilit fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Egenberger (81) li kemm l-Artikolu 21 kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta huma suffiċjenti sabiex waħedhom jikkonferixxu fuq l-individwi dritt invokabbli bħala tali, mingħajr il-ħtieġa għal dispożizzjoni iktar speċifika tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali (82). Konsegwentement, ġie deċiż fil-kawża Egenberger li l-qorti tar-rinviju kienet obbligata li tħalli mhux applikata dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiggarantixxi l-effett sħiħ tad-drittijiet protetti mill-Artikoli 21 u 47 tal-Karta (83). Dawn il-prinċipji japplikaw għall-kawża prinċipali irrispettivament mill-fatt li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas ma għandux effett dirett (84), peress li l-kawża Egenberger kienet tinvolvi tilwima orizzontali bejn żewġ partijiet privati, li fiha l-effett dirett kien ugwalment immaterjali (85).

68.      Għaldaqstant, jekk wara li l-qorti nazzjonali tosserva l-obbligu li tagħmel “dak kollu li huwa fil-ġurisdizzjoni tagħh[a], billi [t]ieħu in kunsiderazzjoni l-liġi interna kollha u billi [t]applika metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti minnha, sabiex [t]iggarantixx[i] l-effettività sħiħa tad-Direttiva in kwistjoni” (86), u xorta ssib ruħha prekluża bid-dritt tal-Istat Membru milli tinforza drittijiet tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-Artikolu 21 jew ir-rimedju li jirriżulta minnu taħt l-Artikolu 47 tal-Karta, f’dan il-każ id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Istat Membru ikollhom jitħallew mhux applikati. Jekk l-uniku rimedju taħt id-dritt tal-Istat Membru li jista’ jinforza l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon kif protetta taħt l-Artikolu 21(1) tal-Karta, u d-dritt għal rimedju effettiv li jakkumpanjah taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa l-konverżjoni tal-kuntratti tagħhom għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, allura dan ir-rimedju għandu jkun disponibbli.

69.      Biex nirrepeti, il-ġurisprudenza sal-lum dwar il-konsegwenzi rimedjali tal-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, fl-assenza ta’ kwalunkwe kwistjoni fir-rigward tal-infurzar ta’ drittijiet stabbiliti fil-Karta, hija waħda ċara. Ma tinkludix intitolament ta’ konverżjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat (87). Kif osserva reċentement l-Avukat Ġenerali Kokott, li kieku l-qrati nazzjonali kienu awtorizzati, bl-għan li jissanzjonaw l-abbuż, jirrikonoxxu f’kull każ individwali li membru tal-persunal temporanju għandu impjieg permanenti, dan ikollu konsegwenzi serji fuq l-aċċess għas-servizz pubbliku kollu u jpoġġi serjament f’dubju l-funzjoni tal-proċeduri ta’ selezzjoni (88). Il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkun fiha, madankollu, miżura oħra li tkun effettiva biex tipprevjeni u, fejn ikun rilevanti, tippenalizza l-abbuż suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat (89).

70.      Li qiegħed jiġi propost hawnhekk, għalhekk, fir-rigward tal-konverżjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, fil-każ ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat bi ksur tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, huwa ristrett għaċ-ċirkustanza anormali li fiha l-assenza tal-konverżjoni twassal għal ksur tal-Artikolu 21(1) u tar-rekwiżit riżultanti ta’ rimedju effettiv taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.

71.      Fir-rigward tal-Artikolu 21(1) tal-Karta, huwa kompitu tal-qorti tar-rinviju li tiddeċiedi jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, u b’mod mhux tas-soltu, id-dritt tar-rikorrenti li ma jiġux iddiskriminati minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom huwiex ipperikolat mis-sistema ta’ rimedji applikabbli fl-Italja li qiegħda tiġi eżaminata hawnhekk. Il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon hija prinċipju ġenerali vinkolanti tad-dritt tal-Unjoni (90) li l-Istati Membri għandhom josservaw meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta (91).

72.      Kif iddeċidiet reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 21 tal-Karta, “[i]l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni hija sempliċement l-espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza li jifforma parti mill-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u li dan il-prinċipju jeħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat” (92). Il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 21(1) tal-Karta (93). Id-Direttiva 2000/78 hija sempliċement espressjoni tagħha (94).

73.      Din l-analiżi għandha titħalla f’idejn il-qorti tar-rinviju, li għandha l-benefiċċju taċ-ċirkustanzi fattwali rilevanti kollha tat-18‑il rikorrent kollha, u li tista’ tevalwa l-impatt prattiku tas-sistema ta’ rimedji inkwistjoni fuq it-trattament tar-rikorrenti fir-rigward tat-twemmin reliġjuż tagħhom. Madankollu, dan li ġej huwa offrut bħala gwida.

74.      Il-qorti tar-rinviju għandha pjuttost tiddeċiedi jekk restrizzjonijiet tal-Istat Membru fuq ir-rimedji disponibbli għar-rikorrenti fir-rigward ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat jirriżultawx f’li jiġu ttrattati b’mod differenti fil-fatt jew fid-dritt minħabba r-reliġjon tagħhom, minn grupp paragunabbli, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva (95). Il-qorti tar-rinviju għandha tikkunsidra jekk tkunx seħħet differenza fit-trattament direttament jew indirettament ibbażata fuq ir-reliġjon (96). Differenza fit-trattament tkun iġġustifikata “meta tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri meta din tkun relatata ma’ għan legalment ammissibbli mfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u meta din id-differenza tkun proporzjonata mal-għan imfittex mit-trattament ikkonċernat” (97). Madankollu, kif innotajt iktar ’il fuq, diġà eskludejt l-għoti taċ-ċertifikati ta’ kapaċità mill-ordinarju djoċesan (punt 61 iktar ’il fuq), in-natura fakultattiva ta’ tagħlim tar-reliġjon Kattolika bħala suġġett offrut (punt 61 iktar ’il fuq), u l-allegat bżonn għal flessibbiltà sabiex 30 % tal-għalliema tar-reliġjon Kattolika, inkluż ir-rikorrenti, jeħtieġ li jkunu impjegati b’kuntratt għal żmien determinat (punt 62 iktar ’il fuq) milli jikkwalifikaw bħala “raġunijiet oġġettivi” taħt il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas. L-istess jidher li japplika fir-rigward ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, għalkemm din hija kwistjoni li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.

75.      Filwaqt li għandhom jiġu rrikonoxxuti l-karatteristiċi partikolari tar-rwol tat-tagħlim tal-fidi Kattolika, bħalma hu l-fatt li dan huwa suġġett mhux obbligatorju (punt 17 iktar ’il fuq), li dan għandu sistema ta’ marki distinta u separata (punt 13 iktar ’il fuq), u li l-ħatriet isiru b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-knisja Kattolika (punti 9, 18 u 19 iktar ’il fuq), dak li huwa determinanti huwa li għalliema tar-reliġjon Kattolika jiffurmaw parti mill-persunal ta’ għalliema ta’ skejjel u għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal għalliema oħrajn (punt 13 iktar ’il fuq). Kif issemma ulterjorment fl-osservazzjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti, il-kwalifiċi ta’ tagħlim meħtieġa, f’termini ta’ diplomi, minn għalliema tar-reliġjon Kattolika, huma l-istess bħal dawk ta’ għalliema ta’ suġġetti oħrajn fi skejjel pubbliċi. Il-grupp paragunabbli għar-rikorrenti jidher għalhekk li huma għalliema ta’ skejjel pubbliċi li ilhom jaħdmu abbażi ta’ kuntratti għal żmien determinat għal iżjed minn 36 xahar.

76.      Finalment, jidher li l-kawża prinċipali hija anormali peress li dritt tal-Karta, senjatament il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin stabbilita mill-Artikolu 21(1) tal-Karta, qiegħed jintuża bħala kejl li permezz tiegħu tiġi evalwata l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ rimedji disponibbli f’livell nazzjonali sabiex tiġi infurzata dispożizzjoni sostantiva tad-dritt tal-Unjoni, senjatament il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas. Normalment, evalwazzjoni ta’ rimedji għal osservanza tal-Karta sseħħ fil-kuntest tal-Artikolu 47. Għall-finijiet ta’ kompletezza nosserva li l-obbligu li Stati Membri jikkonformaw mal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta meta l-provvista ta’ rimedji għall-infurzar tad-dritt tal-Unjoni ma tammontax għal espansjoni tal-kompetenza tal-Unjoni b’referenza għall-Karta, bi ksur tal-Artikolu 6 TUE u tal-Artikolu 51(2) tal-Karta (98). Dan peress li d-dritt tal-Unjoni estenda għall-iffissar ta’ parametri fuq id-diskrezzjoni ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ regoli proċedurali u rimedji fl-infurzar tad-dritt tal-Unjoni ferm qabel ma l-Karta kisbet is-saħħa ta’ liġi fl‑2009, u anki sa mill‑1976 (99). Is-suġġeriment li qiegħed jiġi propost hawnhekk, għaldaqstant, ma jidhirx li jespandi l-kompetenza tal-Unjoni b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 51(2) tal-Karta (100).

77.      Fir-rigward tad-dritt għal rimedju effettiv taħt l-Artikolu 47, fil-kawża Sciotto l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-fatt, li jekk impjegati li huma vittmi ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat ma jistgħux jiksbu, taħt id-dritt nazzjonali, la konverżjoni tal-kuntratt tagħhom f’wieħed għal żmien indeterminat, u lanqas kumpens, hija r-responsabbiltà tal-qorti tar-rinviju li tidentifika, fil-limiti tas-setgħa tagħha, rimedju ieħor li jkun suffiċjentement effettiv u dissważiv sabiex jiggarantixxi l-effettività sħiħa tar-regoli adottati b’applikazzjoni tal-Ftehim Qafas (101). Assenza ta’ rimedju taħt id-dritt ta’ Stat Membru aktarx jippreġudika l-għan u l-effettività ta’ Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas (102). F’ċirkustanzi bħal dawn, taħt il-prinċipji elaborati fil-kawża Egenberger (103), kwalunkwe regoli tad-dritt ta’ Stat Membru li jostakolaw il-konverżjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat ma għandhomx jiġu applikati.

IV.    Konklużjoni

78.      Għaldaqstant nikkonkludi li r-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda magħmula mit-Tribunale di Napoli (il-Qorti Distrettwali ta’ Napoli, l-Italja) għandha tingħata b’dan il-mod:

In-neċessità għal għalliema tal-fidi Kattolika li jiksbu l-approvazzjoni tal-ordinarju djoċesan bħala prerekwiżit għal tagħlim fi skejjel pubbliċi ma tikkostitwixxix raġuni oġġettiva fit-tifsira tal-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP li tiġġustifika t-tiġdid ta’ kuntratti għal żmien determinat. Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, u peress li l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas ma għandhiex il-prekundizzjonijiet sabiex ikollha effett dirett, jeħtieġ li l-qorti tar-rinviju ma tapplikax projbizzjoni leġiżlattiva assoluta taħt id-dritt ta’ Stat Membru li tipprekludi konverżjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat f’kuntratti għal żmien indeterminat, biss f’każijiet fejn din l-assenza ta’ konverżjoni twassal għal diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin b’mod inkonsistenti mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-indisponibbiltà ta’ rimedju effettiv b’mod inkonsistenti mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju. F’dan il-każ, ir-regoli kollha tad-dritt tal-Istat Membru li ma jistgħux jiġu interpretati b’mod konformi mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin protetti mill-Artikolu 21 tal-Karta, u r-rimedju għall-ksur tiegħu żgurat mill-Artikolu 47 tal-Karta, ma għandhomx jiġu applikati, inkluż regoli ta’ natura kostituzzjonali.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Ara b’mod partikolari s-sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2006, Marrosu u Sardino (C‑53/04, EU:C:2006:517); tas‑7 ta’ Settembru 2006, Vassallo (C‑180/04, EU:C:2006:518); u tas‑7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C‑494/16, EU:C:2018:166). Ara wkoll id-digriet tal-1 ta’ Ottubru 2010, Affatato (C‑3/10, mhux ippubblikat, EU:C:2010:574), u s-sentenzi li ssir referenza għalihom fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 3. Għal każijiet li joriġinaw fil-kuntest ta’ impjieg mas-settur privat, ara s-sentenzi tat‑3 ta’ Lulju 2014, Fiamingo et (C‑362/13, C‑363/13 u C‑407/13, EU:C:2014:2044), u tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859). Ta’ min jinnota li fil-punt 43 tal-aħħar sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li n-natura pubblika jew privata tal-persuna li timpjega “hija mingħajr effett fuq il-protezzjoni li minnha jgawdi ħaddiem taħt il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas.”


3      Sentenzi tas‑26 ta’ Novembru 2014, Moscolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401), u tat‑8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C‑494/17, EU:C:2019:387).


4      ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


5      Fost diversi sentenzi dwar ir-regola li d-dritt sekondarju tal-Unjoni għandu jiġi interpretat konformement mal-Karta, ara, pereżempju, is-sentenzi tad‑19 ta’ Marzu 2019, Jawo (C‑163/17, EU:C:2019:218, punt 78), u tal‑14 ta’ Jannar 2021, Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv  (C‑393/19, EU:C:2021:8, punt 52).


6      Sentenza 248/18 tat‑23 ta’ Ottubru 2018.


7      Is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020,  Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara b’mod simili s-sentenza tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 79). Ara, l-iktar reċenti, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 64).


8      Ara d-dispożizzjoni riprodotta fil-punti 12 u 14 iktar ’il quddiem.


9      Sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punti 121 sa 122 u 124 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, l-iktar reċenti, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punti 65 sa 66 u 68).


10      Sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 123). Ara, l-iktar reċenti, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 67).


11      Sentenza tas‑17 ta’ April 2018, C‑414/16, EU:C:2018:257.


12      Sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑583/11 P, EU:C:2013:625, punt 104), li tirreferi għas-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2007, Unibet (C‑432/05, EU:C:2007:163, punt 40). Ara wkoll is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 70) riprodott iktar ’il quddiem fil-punt 66.


13      Dan huwa magħruf bħala rimedju awtonomu intiż, prinċipalment, sabiex jikkontesta l-konformità ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni. Ara s-sentenza reċenti tal‑24 ta’ Settembru 2020, YS (Pensjonijiet okkupazzjonali ta’ staff maniġerjali) (C‑223/19, EU:C:2020:753, punt 96 u l-ġurisprudenza ċċitata).


14      L-Artikolu 19 tad-Decreto legislativo del 15 giugno 2015, n. 81 – Disciplina organica dei contratti di lavoro … (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal‑15 ta’ Ġunju 2015 li jistipula dispożizzjonijiet li jirregolaw kuntratti ta’ impjieg) (GURI Nru 144 tal‑24 ta’ Ġunju 2015, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 81/2015”) ħassar u ssostitwixxa d-digriet leġiżlattiv Nru 368/2001, u daħħal mill-ġdid fis-sustanza l-Artikolu 5(4-bis) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001.


15      L-Artikolu 10(4)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001 tħassar bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 81/2015 u ddaħħal mill-ġdid fis-sustanza fl-Artikolu 29(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81/2015.


16      Ara wkoll il-punt 5 tal-protokoll addizzjonali anness mal-Ftehim tat‑18 ta’ Frar 1984.


17      Din hija dispożizzjoni tad-dritt ekkleżjastiku Kattoliku pjuttost milli tad-dritt ta’ Stat Membru.


18      L-osservazzjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti jindikaw li t-tul ta’ żmien tas-servizz ivarja minn 8 snin sa 30 sena.


19      Kif ġie osservat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14, din id-dispożizzjoni ġiet riprodotta b’mod sostanzjali fl-Artikolu 19 tad-Digriet Leġiżlattiv sussegwenti Nru 81/2015.


20      Sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018 (C‑331/17, EU:C:2018:859.


21      Nota ta’ qiegħ il-paġna 6 iktar ’il fuq.


22      C‑494/16, EU:C:2018:166.


23      C‑53/04, EU:C:2006:517.


24      ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


25      Fis-sentenza tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C‑414/16, EU:C:2018:257) il-konvenut ipprova jipproteġi l-istħarriġ ġudizzjarju limitat previst taħt id-dritt Ġermaniż tad-determinazzjoni mill-knejjes, taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78, dwar jekk persuna li timpjega bħalma hi l-Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung eV, jew il-knisja għan-nom tagħha, tistax tiddetermina b’mod awtorevoli jekk l-aderenza minn applikant għal xogħol għal fidi Kattolika speċifikata, minħabba n-natura tal-attivitajiet jew tal-kuntest li fih jitwettqu, tikkostitwixxix rekwiżit professjonali ġenwin, leġittimu u ġġustifikat, meta jitqies l-ethos tal-Evangelisches Werk für Diakonie und Entwicklung eV. Ara wkoll is-sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2018, IR (C‑68/17, EU:C:2018:696), fejn il-qorti tar-rinviju ma kinitx ċerta jekk knejjes jew organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati oħrajn li l-ethos tagħhom huwa bbażat fuq ir-reliġjon jew it-twemmin jistgħux jiddeterminaw huma stess, b’mod definittiv, dak li jikkostitwixxi attitudni ta’ bona fide u ta’ lealtà “lejn l-etika ta’ l-organizzazzjoni”, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/78, u jekk jistgħux, f’dan ir-rigward, jipprevedu wkoll b’mod awtonomu – hekk kif inhu wkoll awtorizzat mid-dritt kostituzzjonali Ġermaniż – skala ta’ obbligi ta’ lealtà għall-istess funzjonijiet maniġerjali li tieħu inkunsiderazzjoni biss it-twemmin tal-impjegati.


26      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 18 iktar ’il fuq.


27      Sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation (C‑193/17, EU:C:2019:43, punt 33), li tirreferi għas-sentenzi tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C‑414/16, EU:C:2018:257, punt 58), u tal‑11 ta’ Settembru 2018, IR (C‑68/17, EU:C:2018:696, punt 48).


28      Ibid.


29      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania (C‑74/16, EU:C:2017:135, punt 97), li jirreferu għas-sentenzi tat‑28 ta’ Marzu 1995, Evans Medical u Macfarlan Smith (C‑324/93, EU:C:1995:84, punt 27); tal‑14 ta’ Jannar 1997, Centro-Com (C‑124/95, EU:C:1997:8, punt 56); u tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 61).


30      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania (C‑74/16, EU:C:2017:135 punt 96). Ara wkoll, il-Konklużjonijiet 2/15 (Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u s-Singapor) tas‑16 ta’ Mejju 2017 (EU:C:2017:376, punti 253 sa 256).


31      Sentenza tad-19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punti 118 u 119 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, b’mod simili, is-sentenza tal-15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 80). Ara l-iktar reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat fissi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 64).


32      Sentenza tas-17 ta’ April 2018 (C‑414/16, EU:C:2018:257).


33      Is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali hija għalhekk differenti mid-deċiżjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat flimkien il-Ftehim Qafas u d-Direttiva 2000/78 u fejn ma qamet ebda kwistjoni ta’ kunsiderazzjoni ta’ dritt primarju tal-Unjoni, bħal dispożizzjoni tal-Karta, u lanqas talba għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ Stat Membru li kienet contra legem għal Diretiva. Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-8 ta’ Ottubru 2020, Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu et (C‑644/19, EU:C:2020:810), u tat-28 ta’ Frar 2018, John (C‑46/17, EU:C:2018:131).


34      Sentenzi tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872), u tas-17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031).


35      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031); tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872); u tat-3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89).


36      Dwar diskriminazzjoni diretta taħt id-Direttiva 2000/78 ara s-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation  (C‑193/17, EU:C:2019:43).


37      Ara s-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2011, Association Belge des Consommateurs Test-Achats et (C‑236/09, EU:C:2011:100).


38      Ara reċentement, pereżempju, is-sentenza tat-3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 95). Dwar diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon b’mod speċifiku, ara s-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punti 34 u 35).


39      Sentenza tad‑29 ta’ April 2015 (C‑528/13, EU:C:2015:288).


40      ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 272.


41      Sentenza tat‑22 ta’ Mejju 2014 (C‑356/12, EU:C:2014:350).


42      Ibid. punt 45.


43      ĠU 2006, L 403, p. 18. Ara wkoll is-sentenza tal‑5 ta’ Lulju 2017, Fries (C‑190/16, EU:C:2017:513) dwar kontestazzjoni tal-validità ta’ punt FCL.065(b) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat‑3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU 2011, L 311, p. 1. Il-bażi tal-kontestazzjoni kienet ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-età kif protetta permezz tal-Artikolu 21 tal-Karta. Fil-punt 42 il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet referenza għall-Artikolu 2(5) u għall-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78, iżda għamlet dan biss biex tfakkar li kienet iddeċidiet li l-għan li tiġi ggarantita s-sigurtà tat-traffiku fl-ajru jikkostitwixxi għan leġittimu fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għas-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2011, Prigge et (C‑447/09, EU:C:2011:573, punti 58 u 69).


44      Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni għandha tiġi interpretata konformement mal-Karta. Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑14 ta’ Jannar 2021, Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv (C‑393/19, EU:C:2021:8, punti 51u 52), u tad‑19 ta’ Marzu 2019, Jawo (C‑163/17, EU:C:2019:218, punt 78).


45      Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Santoro (C‑494/16, EU:C:2017:822, punt 53), li jirreferi għal tliet każijiet li fihom id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kien rilevanti fil-kuntest tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas. Dawn huma s-sentenza tat‑23 ta’ April 2009, Angelidaki et (C‑378/07 sa C‑380/07, EU:C:2009:250, punt 176); id-digrieti tat‑12 ta’ Ġunju 2008, Vassilakis et (C‑364/07, mhux ippubblikat, EU:C:2008:346, punt 149); u tal‑24 ta’ April 2009, Koukou (C‑519/08, mhux ippubblikat, EU:C:2009:269, punt 101).


46      Sentenza tad‑29 ta’ April 2015, Léger (C‑528/13, EU:C:2015:288, punt 40). Ara wkoll il-kawżi msemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38 iktar ’il fuq. Dwar il-kunċett ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ara, pereżempju, is-sentenza reċenti tas‑6 ta’ Ottubru 2020, État luxembourgeois (Protezzjoni ġudizzjarja kontra talbiet għal informazzjoni fil-liġi fiskali) (C‑245/19 u C‑246/19, EU:C:2020:795, punti 45 sa 46).


47      Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, DEB (C‑279/09, EU:C:2010:811). Ara, iktar reċentement, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawżi magħquda R.N.N.S. u K.A. (C‑225/19 u C‑226/19, EU:C:2020:679, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata.


48      L-osservazzjonijiet bil-miktub tar-Repubblika Taljana fihom suġġerimenti fis-sens li użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat fil-kawża prinċipali ma huwiex abbużiv. Peress li ma saret ebda domanda dwar din il-kwistjoni, nipproponi li kwalunkwe dubju dwar din il-kwistjoni jitħalla lill-qorti tar-rinviju, li għandha l-benefiċċju tal-għarfien taċ-ċirkustanzi fattwali rilevanti kollha.


49      Sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2019, Rossato u Conservatorio di Musica F.A. Bonporti (C‑494/17, EU:C:2019:387, punt 44), li tagħmel referenza għas-sentenza tal‑21 ta’ Novembru 2018, Viejobueno Ibáñez u de la Vara González (C‑245/17, EU:C:2018:934, punti 50 u 51). Ara s-sentenza tat-8 ta’ Ottubru 2020, Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu et (C‑644/19, EU:C:2020:810).


50      Sentenza tas‑26 ta’ Novembru 2014, Mascolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).


51      Ibid. punti 84 u 85.


52      Sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C‑16/15, EU:C:2016:679, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 55). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 54).


53      Sentenza tas‑26 ta’ Novembru 2014, Moscolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401, punt 86), li tirreferi għas-sentenzi tal‑4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et (C‑212/04, EU:C:2006:443, punt 67), u tat‑3 ta’ Lulju 2014, Fiamingo et (C‑362/13, C‑363/13 u C‑407/13, EU:C:2014:2044, punt 58). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C-331/17, EU:C:2018:859, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).


54      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).


55      Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 28).


56      Dan ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala leġittimu fil-kuntest tas-settur tal-edukazzjoni. Sentenza tas‑26 ta’ Novembru 2014, Mascolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401, punt 95).


57      Ibid. punti 97, 99, 104 u 108; sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 57).


58      Sentenza tas‑26 ta’ Novembru 2014, Mascolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401, punti 91 u 100).


59      Ibid. punt 102. Ara wkoll is-sentenza tas‑26 ta’ Jannar 2012, Kücük (C‑586/10, EU:C:2012:39, punt 40).


60      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 49).


61      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2019:874, punt 50), li jirreferu għas-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C‑16/15, EU:C:2016:679, punt 49).


62      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punti 50 u 51).


63      Fil-ġurisprudenza stabbilita dawn jinkludu protezzjoni għat-tqala u għall-maternità kif ukoll sabiex jippermettu lill-irġiel u lin-nisa sabiex jirrikonċiljaw l-obbligi ta’ xogħol u ta’ familja tagħhom. Pereżempju, is-sentenza tas‑26 ta’ Novembru 2014, Mascolo et (C‑22/13, C‑61/13 sa C‑63/13 u C‑418/13, EU:C:2014:2401, punt 93).


64      Ipparaguna, pereżempju, is-sitwazzjoni indirizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 63), fejn ir-Repubblika Taljana tissuġġerixxi li l-iskattar tar-responsabbiltà tad-diriġenti tista’ tkun rimedju effettiv.


65      Ara, pereżempju, is-sentenzi tal‑14 ta’ Jannar 2021, Okrazhna prokuratura – Haskovo u Apelativna prokuratura – Plovdiv (C‑393/19, EU:C:2021:8, punti 51 u 52), u tad‑19 ta’ Marzu 2019, Jawo (C‑163/17, EU:C:2019:218, punt 78).


66      Sentenzi tad‑29 ta’ April 2015, Léger (C‑528/13, EU:C:2015:288, punt 40); tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punti 34 u 35); u tat-3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C-555/19, EU:C:2021:89). Dwar il-kunċett ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni ara, pereżempju, is-sentenza reċenti tas‑6 ta’ Ottubru 2020, État luxembourgeois (Protezzjoni ġudizzjarja kontra talbiet għal informazzjoni fil-liġi fiskali) (C‑245/19 u C‑246/19, EU:C:2020:795, punti 45 sa 46).


67      Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, DEB (C‑279/09, EU:C:2010:811). Ara, iktar reċentement, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe fil-kawżi magħquda R.N.N.S. u K.A. (C‑225/19 u C‑226/19, EU:C:2020:679, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata).


68      Sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C‑494/16, EU:C:2018:166, punt 40).


69      Sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).


70      Pereżempju, is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata).


71      Sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).


72      Il-prinċipju ta’ ekwivalenza ma jiddettax il-konklużjoni li l-pożizzjoni tar-rikorrenti hija “analoga” ma’ dik ta’ għalliema fis-settur pubbliku li l-kuntratti għal żmien determinat tagħhom diġà ġew ikkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat. Dan peress li l-prinċipju ta’ ekwivalenza jirreferi għal talbiet nazzjonali ta’ natura purament interna u mhux għal miżuri meħuda minn Stat Membru sabiex jinforza d-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni. Ara s-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, Santoro (C‑494/16, EU:C:2018:166, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).


73      Ibid., punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C‑16/15, EU:C:2016:679, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).


74      Sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C‑16/15, EU:C:2016:679, punti 34 u 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punti 89 u 90 u l-ġurisprudenza ċċitata).


75      Sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2016, Pérez López (C‑16/15, EU:C:2016:679, punt 36). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 91 u l-ġurisprudenza ċċitata).


76      Is-sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, b’mod simili, is-sentenza tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 79). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 64).


77      Sentenza tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenzi tal-10 ta’ Marzu 2011, Deutsche Lufthansa (C‑109/09, EU:C:2011:129, punt 56); tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata); tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punti 121 sa 124 u l-ġurisprudenza ċċitata); ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punti 65 u 66).


78      Sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 123 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 67).


79      Sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 70).


80      Punt 30 iktar ’il fuq.


81      Sentenza tas‑17 ta’ April 2018 (C‑414/16, EU:C:2018:257).


82      Ibid., punt 78. Ara wkoll, fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin protetta mill-Artikolu 21(1) tal-karta, is-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).


83      Ibid., punt 79.


84      Sentenza tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, b’mod simili, is-sentenza tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 79). Ara, reċentement, is-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 64).


85      Dwar il-projbizzjoni kontinwa fuq l-effett dirett orizzontali ta’ direttivi ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑10 ta’ Ottubru 2017, Farrell (C‑413/15, EU:C:2017:745), u tas-7 ta’ Awwissu 2018, Smith (C-122/17, EU:C:2018:631).


86      Sentenza tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2011, Deutsche Lufthansa (C‑109/09, EU:C:2011:129, punt 56); tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 69); u tad‑19 ta’ Marzu 2020, Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2020:219, punti 121 sa 124).


87      Sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).


88      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda Sánchez Ruiz et (C‑103/18 u C‑429/18, EU:C:2019:874, punt 84).


89      Sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, M.V. et (Kuntratti għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku) (C‑760/18, EU:C:2021:113, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).


90      Sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punt 36).


91      Ibid., punt 34.


92      Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Centraal Israëlitisch Consistorie van België et (C‑336/19, EU:C:2020:1031, punt 85), li tirreferi għas-sentenzi tad‑19 ta’ Ottubru 1977, Ruckdeschel et (117/76 u 16/77, EU:C:1977:160, punt 7), u tas‑16 ta’ Diċembru 2008, Arcelor Atlantique et Lorraine et (C‑127/07, EU:C:2008:728, punt 23). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Marrosu u Sardino (C‑53/04, EU:C:2005:569, punt 37). L-Avukat Ġenerali rrefera għas-sentenzi tat‑13 ta’ Lulju 1989, Wachauf (5/88, EU:C:1989:321, punt 19), u tal‑14 ta’ Diċembru 2004, Arnold André (C‑434/02, EU:C:2004:800, punt 68). Ara wkoll is-sentenza tal‑21 ta’ Novembru 2018, Diego Porras (C‑619/17, EU:C:2018:936, punt 60).


93      Sentenza tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C‑414/16, EU:C:2018:257, punt 47).


94      Ibid. Enfasi tiegħi.


95      Ara, pereżempju, l-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni li tqajmu, pereżempju, fis-sentenza tat‑22 ta’ Mejju 2014, Glatzel, C‑356/12, EU:C:2014:350; tal‑5 ta’ Lulju 2014, Fries, C‑190/16, EU:C:2017:513; u tad‑29 ta’ April 2015, Léger, (C‑528/13, EU:C:2015:288).


96      Sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punt 40). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan (EU:C:2020:325, punt 75). Għalkemm id-deċiżjoni għal rinviju preliminari ssemmi biss diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin taħt id-Direttiva 2000/78, evalwata l-iktar reċenti mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha fis-sentenza tat-22 ta’ Jannar 2019, Cresco Investigation (C‑193/17, EU:C:2019:43), ġurisprudenza dwar id-diskriminazzjoni indiretta abbażi tar-reliġjon taħt id-Direttiva 2004/78 tibqa’ rilevanti, peress li hija ugwalment protetta kontra taħt l-Artikolu 21 tal-Karta. Ara, pereżempju, is-sentenza tal-14 ta’ Marzu 2017, Bougnaoui u ADDH (C‑188/15, EU:C:2017:204, punt 32), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kienet il-qorti tar-rinviju li kellha tivverifika jekk “it-tkeċċija ta’ A. Bougnaoui kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regola interna li kienet fis-seħħ fi ħdan din l-impriża, li tipprojbixxi l-ilbies ta’ kwalunkwe simbolu viżibbli ta’ twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, u jekk jirriżulta li din ir-regola li tidher newtrali twassal, fil-fatt, għal żvantaġġ partikolari għall-persuni li jkollhom reliġjon jew twemmin speċifiku, bħal A. Bougnaoui, ikun hemm lok li jiġi konkluż li teżisti differenza fit-trattament ibbażata indirettament fuq ir-reliġjon jew fuq it-twemmin, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-lum, G4S Secure Solutions, C‑157/15, punti 30 u 34).”


97      Sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2020, Veselības ministrija (C‑243/19, EU:C:2020:872, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).


98      Dwar din il-kwistjoni ara l-analiżi komprensiva tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Il‑Kummissjoni vs l‑Ungerija (Użufrutt fuq art agrikola) (C‑235/17, EU:C:2018:971, punti 64 sa 112).


99      Sentenza tas‑16 ta’ Diċembru 1976, Comet (45/76, EU:C:1976:191).


100      Dak li huwa deċiżiv huwa jekk il-kwistjonijiet tal-Karta jqumux fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Ara, pereżempju, is-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Anodiki Services EPE (C‑260/17, EU:C:2018:864, punti 38 u 39).


101      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punti 63 sa 70).


102      Sentenza tal‑25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C‑331/17, EU:C:2018:859, punt 66).


103      Sentenza tas‑17 ta’ April 2018, Egenberger (C‑414/16, EU:C:2018:257).