Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2010 - Justice & Environment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-405/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Justice & Environment (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Černý, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara l-miżuri kkontestati (Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/135/UE u 2010/136/UE u r-risposta tal-Kummissjoni C(2010) 4632) nulli u bla effett.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/135/UE
1 u 2010/136/UE
2 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodott tal-patata modifikat ġenetikament bħala ikel u għalf kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4632 li tiċħad it-talba għal reviżjoni interna ppreżentata mir-rikorrenti abbażi tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006
3.
Insostenn tat-talba, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-motivi li ġejjin.
Hija ssostni li fl-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2010/135/UE u 2010/136/UE, il-Kummissjoni kisret forom proċedurali sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE u l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE
4. Fl-opinjoni tar-rikorrenti d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE peress li: l-evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni kienet kontradittorja, il-Kummissjoni interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-Kummissjoni kkunsidrat il-provi b'mod mhux eżawrjenti u injorat liġi emendata. Ir-rikorrenti ssostni ukoll li billi tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodott tal-patata modifikat ġenetikament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/136/UE tikser ukoll ir-Regolament Nru 1829/2003/KE
5.
Barra minn dan, ir-rikorrenti tissottometti li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4632 hija illegali peress li tissanzjona l-illegalità taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar 'il fuq billi ċaħdet it-talba għal reviżjoni interna ppreżentata mir-rikorrenti. Barra minn dan, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni naqqset milli tosserva l-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba tal-ġustizza u l-obbligi tagħha li tikkunsidra l-provi b'mod xieraq waqt il-proċess amministrattiv tat-teħid ta' deċiżjonijiet peress li naqset milli tikkunsidra b'mod xieraq l-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti fit-talba tagħha għal reviżjoni interna.
____________1 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2010 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-patata (Solanum tuberosum L. linja EH92-527-1) modifikat ġenetikament għal kontenut miżjud tal-komponent amylopectin tal-lamtu (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1193) (ĠU L 53, 04.03.2010, p. 11).2 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' għalf magħmul mill-patata modifikata ġenetikament EH92-527-1 (BPS-25271-9) u traċċi tekniċi li ma jistgħux jiġu evitati jew aċċidentali tal-patata fl-ikel u prodotti oħra tal-għalf taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1196) (ĠU L 53, 04.03.2010, p. 15).3 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).4 - Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p.77).5 - Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p.432).