Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 - Cadila Healthcare vs UASI - Laboratorios Inibsa (ZYDUS)
(Kawża T-287/08)
"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentanti: S. Bailey, F. Potin u A. Juaristi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Laboratorios Inibsa, SA (Llissa de Vall, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Mejju 2008 (Każ R 1322/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Laboratorios Inibsa, SA, u Cadila Healthcare Ltd.
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-konvenut.
____________1 - ĠU C 247, 27.07.2008.