Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Novembru 2011 - Three-N-Products Private vs UASI - Shah (AYUURI NATURAL)

(Kawża T-313/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AYUURI NATURAL - Trade marks Komunitarji verbali u figurativi preċedenti AYUR - Raġuni relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: C. Jäger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sheilesh Shah (Wembley, ir-Renju Unit); u Akhil Shah (Wembley) (rappreżentant: M. Chapple, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Ġunju 2010, (Każ R 1005/2009-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Three-N-Products Private Ltd u S. Shah u A. Shah u M. M. Shah.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta' Ġunju 2010, (Każ R 1005/2009-4) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Three-N-Products Private Ltd.

Sheilesh Shah u Akhil Shah għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba' Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 260, 25.09.2010.