Language of document : ECLI:EU:T:2012:21





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Jannar 2012 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/10)

“Rikors għal annullament — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà”

Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors — Riferiment għal elementi mniżżla f’anness — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 18-20, 27, 36-39)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 3333, tal-21 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) il-konċentrazzjoni ta’ impriżi intiża għall-kisba, mill-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière, tal-kontroll komuni tal-impriża Newco (Każ COMP/M.5786 — Française des jeux/Groupe Lucien Barrière/JV).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Groupe Partouche għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Française des jeux u l-Groupe Lucien Barrière.