Language of document : ECLI:EU:T:2012:512





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2012 – ELE.SI.A vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑312/10)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt programm kwadru multiannwali tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u demostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni (2002‑2006) – Kuntratt li jirrigwarda l-proġett ‘I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety’ – Rexissjoni tal-kuntratt – Talba għar-rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa – Danni – Rikors intiż għall-kisba tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha mitluba u għall-kontestazzjoni tat-talba għal rimbors – Kontrotalba”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motiv li ma għandu ebda preċiżjoni li tippermetti l-evalwazzjoni tal-fondatezza –– Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 76)

2.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni — Proċedura ta’ verifika tal-irregolaritajiet — Awditu li jikkonċerna l-prinċipji ta’ kompatibbiltà u ta’ tmexxija, imwettaq b’mod konġunt minn aġenti tal-Kummissjoni u konsulenti esterni — Obbligu li tiġi żgurata l-assistenza ta’ interpretu lill-impjegati eżaminati — Assenza — Awditu li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2185/96 (Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96) (ara l-punti 77-93)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni — Rexissjoni ta’ kuntratt minħabba irregolaritajiet imwettqa mill-parti kontraenti — Talbiet għal rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa u għad-danni — Rikors intiż għall-kisba tat-totalità tal-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba u għall-kontestazzjoni tat-talba għal rimbors — Kontrotalba — Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt — Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-ħlas antiċipat miżjud bl-interessi (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punti 103-123, 153-158)

Suġġett

Talba intiża għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja li r-rikorrenti tippretendi li tista’ titlob skont il-kuntratt Nru 27195, konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2005 bejn il‑Kummissjoni u r-rikorrenti, relatat mal-proġett ta’ riċerka msejjaħ “I‑Way, Intelligent, co‑operative system in cars for road safety”, kif ukoll kontrotalba intiża għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa kif ukoll għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA huwa miċħud.

2)

ELE.SI.A hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 184 129.74, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta’ Mejju 2010, kif ukoll is-somma ta’ EUR 7 344.46, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta’ Mejju 2010.

3)

ELE.SI.A hija kkundannata għall-ispejjeż.