Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2014 – Lumene vs UASI (THE YOUTH EXPERTS)

(Kawża T-484/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE YOUTH EXPERTS – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell – Eżami fuq il-mertu suġġett għall-ammissibbiltà tar-rikors – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lumene Oy (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 187/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali THE YOUTH EXPERTS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 187/2013-2), hija annullata għal dak li jirrigwarda l-“[p]reparazzjonijiet ta’ bliċ u sustanzi oħra għall-ħasil tal-ħwejjeġ [u l-] [p]reparazzjonijiet għat-tindif, għall-lustrar, biex togħrok u biex tobrox” li jaqgħu fil-klassi 3 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u l-“[p]reparazzjonijiet sanitarji għal skopijiet mediċi[, il-] [ġ]ibs u materjal għal infaxxar tal-feriti[, il-] [m]aterjali għaż-żamma tas-snien [u x-] xema’ dentali[, id-] diżinfettanti[, il-] [p]reparazzjonijiet għall-qirda tal-vermin[, il-] [f]ungiċidi [u l-] erbiċidi” li jaqgħu fil-klassi 5 fis-sens ta’ dan il-ftehim.2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.