Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2013 - Saferoad RRS vs UASI (MEGARAIL)

(Kawża T-137/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Saferoad RRS GmbH (Weroth, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Jannar 2013 fil-Każ R 2536/2011-4 kif ukoll id-deċiżjoni tal-eżaminatur tat-23 ta' Novembru 2011, sa fejn ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ġiet irrifjutata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MEGARAIL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19 u 37

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

-    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

-    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________