Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Mejju 2011 - Glenton España vs UASI - Polo/Lauren (POLO SANTA MARIA)

(Kawża T-376/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva POLO SANTA MARIA - Trade mark Benelux figurattiva preċedenti li tirrappreżenta siluwett ta' plejer tal-polo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glenton España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti R. Black, R. Guthrie, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każ 594/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP, u Glenton España, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Glenton Glenton España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.