Language of document : ECLI:EU:T:2014:104





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Marzu 2014 – HP Health Clubs Iberia vs UASI – Shiseido (ZENSATIONS)

(Kawża T‑416/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ZENSATIONS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ammissibbiltà tat-talbiet tal-intervenjent – Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rikors promotur – Risposta tal-intervenjent – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt mhux esposti fir-rikors u fin-nota – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 46(1)(b), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 135(1)) (ara l-punti 18-20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 29)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 41, 42, 79)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva ZENSATIONS u trade mark verbali ZEN (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 44-47, 80-84)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76) (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas‑6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2212/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shiseido Company Ltd u HP Health Clubs Iberia, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet ta’ Shiseido Company Ltd, għajr dik intiża essenzjalment għaċ-ċaħda tar-rikors, huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)

HP Health Clubs Iberia, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

4)

Shiseido Company għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.