Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – PTC Therapeutics International Ltd vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope)

(Kawża C-175/18 P) 1

(Appell – Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Artikolu 4(3) – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem – Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: PTC Therapeutics International Ltd (rappreżentanti: G. Castle, B. Kelly u K. Ewert, Solicitors, C. Thomas, Barrister, M. Demetriou QC)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos, A. Spina u A. Rusanov, sussegwentement minn T. Jabłoński, S. Marino u S. Drosos, aġenti), European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope) (rappreżentanti: S. Cowlishaw, Solicitor, D. Scannell, Barrister)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

PTC Therapeutics International Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Mediċinali (EMA).

L-European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 231, 2.7.2018.