Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni
"Rikors għad-danni - Arrikiment indebitu - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat l-arrikiment indebitu tal-Kummissjoni Ewropea u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u fin-Niġerja u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas is-somma ta' EUR 114 069.94 flimkien mal-interessi dovuti fuq din is-somma.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Tecnopress Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 297, 5.12.2009.