Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Zeta Europe vs UASI (Superleggera)

(Kawża T-464/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Superleggera - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zeta Europe BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: V. Bilardo, C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: A. Sempio u O. Montalto, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 (Każ R 666/2008-1), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Superleggera bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zeta Europe BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.