Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ April 2008 – CPEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/08 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Fatti ġodda – Assenza – Inammissibbiltà – Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-16)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 109) (ara l-punti 25-28)
Suġġett
| Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu Nru 3240912189, tas-17 ta’ Diċembru 2007, relattiva għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) favur iċ-CPEM bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |