Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologias vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑487/13)
“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Riżorsi tal-Istat – Attività ekonomika – Vantaġġ – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Użu ħażin ta’ poter”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 35‑38)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 44, 45)
3. Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Destinatarji – Impriżi – Kunċett – Eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Tnedija, manutenzjoni u operazzjoni tan-netwerk ta’ televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati – Eżistenza ta’ suq – Assenza ta’ eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika – Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 49‑61)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Interventi konsekuttivi tal-Istat li bejniethom jeżistu rabtiet indissoċjabbli – Evalwazzjoni tal-miżuri kollha meħuda – Ammissibbiltà (Artikolu 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 65, 66, 70)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 78‑81)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 87)
7. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sostnuti minn impriża – L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmar – Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar – Assenza ta’ impriża benefiċjarja effettivament responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku – Inklużjoni fil-kunċett – Falliment tas-suq – Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali (Artikoli 14 TFUE u 107(1) TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 89, 97‑99, 102, 104, 105, 117)
8. Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Determinazzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distinzjoni bejn provvista tas-servizz ta’ xandir u t-tħaddim tan-netwerks ta’ xandir – Ammissibbiltà (Artikolu 107(1) TFUE ; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 107, 108, 110, 111)
9. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 134)
10. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Komunikazzjoni dwar il-mogħdija għad-diġitali – Natura ġuridika – Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni minnha stess (Artikolu 107(3) TFUE u 108 TFUE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punt 136)
11. Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 142, 144, 145)
12. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punt 144)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad‑19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52). |
Dispożittiv
2) | | Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra. |