Language of document : ECLI:EU:T:2011:639





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2011 – Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/07)

“Dumping – Importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina – Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Drittijiet tad-difiża – Offerta ta’ impenn ta’ prezz – Trattament kunfidenzjali tal-identità tal-lanjanti”

1.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Marġni ta’ dumping - Determinazzjoni tal-valur normali - Investigazzjoni - Rifjut tal-vantaġġ tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Rettifika tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dokument ta’ informazzjoni finali - Possibbiltà għall-Kummissjoni li sussegwentement tmur lura għad-deċiżjoni inizjali tagħha, fl-assenza ta’ elementi ġodda - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) u Artikolu 20) (ara l-punti 37-41, 45, 48, 51, 52)

2.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Proċedura antidumping - Drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-impriżi tal-informazzjoni finali - Natura ġuridika (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 20(1), (2), (4) u (5)) (ara l-punti 47-50)

3.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Proċedura antidumping - Aċċess għall-fajl - Trattament kunfidenzjali tal-punti ta’ lment - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 19(1) u (2)) (ara l-punti 57-61)

4.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Proċedura antidumping - Drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-impriżi tal-informazzjoni finali - Trażmissjoni lill-Kunsill tal-proposta tal-Kummissjoni ta’ miżuri definittivi inqas minn għaxart ijiem wara l-imsemmija komunikazzjoni - Irregolarità - Konsegwenzi fir-rigward tal-validità tar-regolament adottat mill-Kunsill (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 20(5)) (ara l-punti 70-74, 76-90)

5.                     Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Proċedura antidumping - Drittijiet tad-difiża - Possibbiltà għall-esportaturi li joffru impenji fit-terminu previst mill-Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 384/96 sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mill-Kummissjoni - Irregolarità (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 8 u 20(5)) (ara l-punti 94-96)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta’ April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukrajna (ĠU L 4M, 08.01.2008, p. 437), sa fejn huwa jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ twavel tal-mogħdija tal-ħwejjeġ prodotti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, tat-23 ta’ April 2007, li jimponi dazju definittiv anti-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Ukraina, huma annullati sa fejn jimponu dazju antidumping definittiv u jwasslu għall-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq it-twavel għall-mogħdija tal-ħwejjeġ prodotti minn Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Zhejiang Harmonic Hardware Products.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea, Vall Mill (Rochdale) Ltd, Pirola SpA u Colombo New Scale SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.