Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2007 - Torres vs L-UASI - Vinícola de Tomelloso (TORREGAZATE)

(Kawża T-273/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miguel Torres SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Vinícola de Tomelloso S.C.L.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-2 ta' Mejju 2007, fil-kawża R 610/2006-2, li tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Vinícola de Tomelloso, S.C.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "TORREGAZATE" (applikazzjoni Nru 3.134.665) għal prodotti u servizzi fil-klassi 33 (inbejjed, spirti u likuri)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: numru ta' trade marks verbali nazzjonali "TORRES", għal prodotti fil-klassi 33, kif ukoll trade marks Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali, verbali u figurattivi, li jikkonsistu minn jew fihom il-kelma "TORRES" u jinkludu l-istess prodotti ta' dawk imsemmija qabel

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja

____________