Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 - Ebro Puleva vs UASI- Berenguel (BRILLO'S)

(Kawża T-275/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRILLO'S - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element verbali "brillante" - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Luis Berenguel, SL (El Barranquete-Níjar, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2007 (Każ R 493/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ebro Puleva, SA u Luis Berenguel, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ebro Puleva, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 235, 6.10.2007.