Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO)

(Kawża T-664/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PETCO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PETCO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regola 20(7)(c) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Motif li ma jsostnix it-talbiet – Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petco Animal Supplies Stores, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Domingo Gutiérrez Ariza (Malaga, Spanja) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 347/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Domingo Gutiérrez Ariza u Petco Animal Supplies Stores, Inc., DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Petco Animal Supplies Stores, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 112, 14.04.2014.