Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2024 – Laboratorio SYS vs EUIPO – Dr. Babor (sYs)

(Kawża T-39/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Laboratorio SYS, SL (Torrent, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dr. Babor GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “sYs” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 480 005

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 2462/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 480 005;

tikkundanna lill-intervenjenti u, fejn applikabbli, lill-konvenut, ibatu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________