Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2019 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża T-388/19 R)

(Talba għal miżuri provviżorji – Parlament Ewropew – Verifika ta’ poteri – Assenza ta’ fumus boni juris)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju) u Comín i Oliveres (Waterlo) (rappreżentanti: B. Bekaert, B. Emmerson, G. Boye u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba ppreżentata skont l-Artikoli 278 u 279 TFUE intiża, l-ewwel nett, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati sabiex l-applikanti jiġu preklużi milli jpoġġu fil-Parlament bħala membri eletti u, it-tieni nett, sabiex il-Parlament jintalab jadotta l-miżuri neċessarji, inkluża d-dikjarazzjoni tal-privileġġi u immunitajiet tal-applikanti, sabiex jiġu ammessi jpoġġu fil-Parlament b’effett mit-2 ta’ Lulju 2019.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________