Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2017 – Palos Caravina vs CdT

(Kawża T-725/16) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Uffiċjali – Reklutaġġ – Komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħatra ta’ terz – It-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria José Palos Caravina (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Salerno u P. Singer, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: M. Garnier u J. Rikkert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-CdT tat-23 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta l-komunikazzjoni lir-rikorrenti ta’ informazzjoni dwar il-ħatra ta’ terz u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tas-CdT tal-5 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti mressaq kontra dan ir-rifjut.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għandu jbati l-ispejjez rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Maria José Palos Caravina.

____________

1 ĠU C 462, 12.12.2016.