Language of document : ECLI:EU:T:2013:205





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑53/11)

“Fond Soċjali Ewropew — Skemi ta’ taħriġ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Preskrizzjoni — Ċertezza legali — Drittijiet tad-difiża — Terminu raġonevoli — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Azzjoni kontra l-irregolaritajiet — Terminu ta’ preskrizzjoni — Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Awtorità nazzjonali kompetenti inkarigata mill-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa — Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-imsemmi terminu fil-konfront tal-Kummissjoni (Artikolu 391) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95) (ara l-punti 41-47, 49, 51)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċedura amministrattiva — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1)) (ara l-punti 55-57)

3.                     Politika soċjali — Fond Soċjali Ewropew — Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ taħriġ professjonali — Ċertifikazzjoni mill-Istati Membri tal-eżattezza fattwali u kontabbli tat-talbiet għal ħlas tal-bilanċ — Portata u limiti — Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Ksur — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2950/83, Artikoli 6(1) u 7(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 83/516, Artikolu 2(2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/673, Artikolu 7) (ara l-punti 58, 62, 66, 69, 71, 72)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas, fuq proposta ta’ Stat Membru, għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew mogħtija lil azzjoni ta’ formazzjoni professjonali — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 77‑80,88)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tiffissa l-ammont finali tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal żewġ skemi ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni C (89) 570, tat-22 ta’ Marzu 1989, għall-finanzjament ta’ skema ta’ taħriġ (fajl 89 0771 P1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.