Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 Marzu 2008 - Okalux vs L-UASI - Ondex (ONDACELL)

(Kawża T-126/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Beckensträter, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Ondex S.A.S.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Jannar 2008, innotifikata fl-24 ta' Jannar 2008, u tiddikjara ammissibbli l-oppożizjoni ppreżentata fid-29 ta' Awwissu 2006;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati inklużi l-ispejjeż tal-proċedura prinċipali u dawk ta' l-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ondex S.A.S.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "ONDACELL" għal prodotti u servizzi fil-klassi 6, 7 u 19 (applikazzjoni Nru 4 755 971).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-avviż ta' oppożizzjoni għandu jitqies li ma sarx.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 1, tad-deċiżjoni Nru EX-96-1 2 u tal-komunikazzjoni Nru 5/96 3.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 33).

2 - Deċiżjoni tal-President ta' l-UASI, tal-11 ta' Jannar 1996, Nru EX-96-1, dwar il-metodi ta' ftuħ tal-kontijiet kurrenti ma' l-Uffiċċju (ĠU UASI 1996, 48).

3 - Komunikazzjoni tal-President ta' l-UASI, tat-8 ta' Awwissu 1996, Nru 5/96, dwar il-kontijiet kurrenti (ĠU UASI 1996, 1460).