Language of document : ECLI:EU:T:2009:375





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Ivanov vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Membru tal-persunal lokali fil-qasam ta’ assistenza amministrattiva u teknika – Ċaħda tal-kandidatura – Ġurisdizzjoni tal‑Qorti tal-Prim’Istanza – Dekadenza tar-rikors għal annullament – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Att tal-Ombudsman Ewropew – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għal kumpens għal dannu imputabbli lill-Komunità – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti Komunitarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 41)

2.                     Rikors għad-danni – Awtonomija mir-rikors għal annullament – Rikors intiż għall-irtirar ta’ deċiżjoni individwali li saret definittiva – Inammissibbiltà (Artikolu 235 KE) (ara l-punti 51, 52)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal‑Artikolu 288 KE) (ara l-punti 70‑72)

Suġġett

Rikors għad-danni li r-rikorrent jallega li sostna wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li timpjegah bħala persunal lokali fil-qasam ta’ assistenza amministrattiva u teknika mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Sofija (il‑Bulgarija).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vladimir Ivanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.