Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Mammoet Salvage vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/14) 1

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni – Responsabbiltà kuntrattwali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Eċċezzjoni tal-inammissibbiltà – Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp – Xogħlijiet ta’ tneħħija ta’ 74 tifrik fil-bajja ta’ Nouadhibou – Kuntratt konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Mawritanja u li l-Kummissjoni ħadet ir-responsabbiltà għall-finanzjament tiegħu mill-Unjoni – Eżekuzzjoni tal-kuntratt – Posponiment tad-data tat-tmiem tal-obbligi ta’ ħlas tal-Unjoni skont il-kuntratt – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Mammoet Salvage BV (Rotterdam, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Kuypers u A. Schadd, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE intiża li tikkonstata li l-Kummissjoni asteniet illegalment li taġixxi fuq it-talba tar-rikorrenti li tipposponi it-tul tal-obbligi ta’ ħlas tal-Unjoni skont il-kuntratt konkluż bejn ir-rikorrenti u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja, rigward ix-xogħlijiet ta’ tneħħija ta’ 74 tifrik fil-bajja ta’ Nouadhibou (Mawritanja), li l-Kummissjoni ħadet ir-responsabbiltà għall-finanzjament tiegħu fil-kuntest tat-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif ukoll, sussidjarjament, talba intiża sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni, abbażi tar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni, biex tħallas lir-rikorrenti l-fatturi maħruġa skont il-kuntratt imsemmi preċedentement, u, iktar sussidjarjament, talba intiża li tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mammoet Salvage hija kkundannata għall-ispejjeż.