Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 taʼ Ġunju 2013 – Otero González vs UASI – Apli-Agipa (AGIPA)

(Kawża T-219/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AGIPA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AGIPA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Tqabbil tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José Luis Otero González (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apli-Agipa SAS (Dormans, Franza) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Jannar 2011 (Każ R 556/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Jannar 2011 (Każ R 556/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Otero González u Apli-Agipa SAS hija annullata, sa fejn din tiċħad l-appell ta’ José Luis Otero González u tagħti lil Apli-Agipa r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali AGIPA għar-“Ritratti; Adeżivi għal skopijiet ta’ kartolerija jew domestiku; Pniezel taż-żebgħa; Oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (apparti l-għamara); Materjal istruttiv u għat-tagħlim (minbarra apparat); Materjali tal-plastik għall-ippakkjar (mhux inklużi fi klassijiet oħra); Tipa tal-istampar; Inċiżjonijiet tal-istampar”, li jaqgħu fil-klassi 16 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn José Luis Otero González.

Apli-Agipa għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 194, 02.07.2011.