Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – KK vs EASME

(Kawża T-376/15) 1

(“Programm qafas għar-riċerka u għall-innovazzjoni Horizon 2020 – Sejħa għall-proposti abbażi tal-programm ta’ ħidma 2014-2015 – Proġramm ta’ sostenn għall-innovazzjoni fil-PMEs – Deċiżjoni tal-EASME li tiddikjara proposta mhux eliġibbli – Regola ta’ “sottomissjoni unika” – Proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni – Inaċċessibbiltà temporanja tal-portal elettroniku għar-reġistrazzjoni tal-proposti – Żball ta’ evalwazzjoni – Ksur tar-regoli proċedurali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: KK (rappreżentant: J.-P. Spitzer, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME), (rappreżentanti: A. Pallares Allueva u E. Fierro Sedano, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASME tal-15 ta’ Ġunju 2015 li tiċħad il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti b’risposta għas-Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 (ĠU 2013, C 361, p. 9) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba din iċ-ċaħda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

KK hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 243, 4.7.2016.